Sport Sport Ieħor

Blackball: Birkirkara Dukes A jirbħu r-Regional KO

Birkirkara Dukes A huma r-rebbieħa tar-Regional Knock-Out tal-Malta Blackball Federation wara li fil-finali għelbu lil Ħamrun 147 C 11-7.

Il-logħba li ntlagħbet fi Fuego Speakeasy Arena kienet waħda interessanti b’Birkirkara dejjem kienu fil-vantaġġ b’Ħamrun jibqgħu jwettqu reazzjoni biex setgħu jibqgħu fil-partita.

Kien id-debuttant Chris Mills li għamel il-boċċa s-sewda finali . Ġustifikati c-celebrazzjonijiet mill-membri tat-tim ta’ Birkirkara Duke’s A mar-rebħ tal-finali. Sadanittant ta’ min isemmi il-ġest sportiv ta’ ‘fair play’ illi wettaq il-plejer ta’ 12-il sena Jake Castaldi li fl-aħħar sessjoni ammetta li kkommetta foul bir-referi u dawk preżenti li ma ndunawx b’dan kollu.

Eventwalment Jake Castaldi tilef il-frame għalkemm irċieva l-applaws mill-pubbliku preżenti għal ġest sportiv illi wettaq.