Sport Sport Ieħor

Darts: Il-Maltin jgħaddu għat-tieni fażi

It-tim nazzjonali Malti tal-Irġiel tad-darts għadda għat-tieni fażi tad-WDF Europe Cup 2022 meta spiċċaw fit-tieni post tal-grupp tagħhom.

Malta telgħet biex tilgħab fi grupp 1 flimkien mal-Ingilterra, il-Gżejjer Faroe, l-Ungerija u l-Awstrija.

Il-Maltin kienu tajbin biżżejjed biex jirbħu l-ewwel tliet logħbiet tagħhom kontra l-Gżejjer Faroe 9-7, kontra l-Ungerija 9-8 u kontra l-Awstrija 9-7.

Fil-logħba deċiżiva għal min jieħu l-grupp, l-Ingilterra għelbu lil Malta 9-3.

Issa l-Maltin jilagħbu fit-tieni fażi eliminatorja kontra l-Fillandja.

Sadanittant, in-nisa Maltin sfaw eliminati mill-grupp tagħhom wara li tilfu l-logħbiet kollha li lagħbu. Huma tilfu 9-0 kontra l-Irlanda ta’ Fuq u l-Ingilterra filwaqt li l-wirja tagħhom kienet aħjar kontra l-Bulgarija u l-Gżejjer Faroe għalkemm tilfu 9-5 u 9-6 rispettivament.