Futbol Lokali

Devis Mangia jikser is-silenzju u jiċħad l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu

Devis Mangia

Ftit tal-mumenti ilu, fi stqarrija lill-midja permezz tal-avukati tiegħu, il-kowċ Devis Mangia ċaħad l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu.

“Fid-dawl tar-rapporti fil-midja nazzjonali, hu d-dover tiegħi li nippreċiża li qatt ma wettaqt, la issa u lanqas fil-passat, kondotta li tagħmel ħsara lid-dinjità personali jew sesswali fil-konfront tal-ebda plejer jew membru tal-Federazzjoni.”

Mangia ddikjara wkoll li “għall-kuntrarju tar-rapporti fil-midja, dawn it-tip ta’ komportanenti qatt ma kienu kontestati fil-konfront tiegħi mill-Federazzjoni. Dawn huma biss aħbarijiet infondati u foloz, li jagħmlu ħsara gravi lid-dinjità personali u r-reputazzjoni professjonali tiegħi.

“Fid-dawl ta’ dan, Mangia u t-tim legali tiegħu wissew kontra “l-pubblikazzjoni ta’ iktar stejjer u xnigħat” waqt li rriserva d-dritt li jipproċedi legalment kontra dik li rrefera għaliha bħala kondotta diffamatorja. Mangia qal ukoll li minn issa ‘l quddiem, wara li ppreċiża l-pożizzjoni tiegħu permezz ta’ din l-istqarrija, kull komunikazzjoni oħra se ssir bi qbil mal-MFA, “b’rispett lejn il-korrettezza tar-rapport professjonali bejn iż-żewġ partijiet.”