Futbol Sport

Futbol tan-Nisa: Birkirkara jiksbu l-ewwel rebħa….Hibernians jiskorjaw sebgħa oħra

(Ritratt: Stephen Gatt)

L-Erbgħa filgħaxija ingħata bidu għat-tieni ġurnata tal-Kamppjonat tan-Nisa fejn iċ-champions renjanti Birkirkara wara li fl-ewwel logħba ġew miżmuma minn Swieqi United fi draw ta’ 1-1 kisbu l-ewwel rebħa kontra Mġarr United 1-0. Minn naħa l-oħra Hibernians reġa kellhom rebħa identika ta’ 7-0 fuq San Ġwann.

Il-gowl li ta r-rebħa lil Birkirkara wasal fis-76 miuta minn Gabriella Zahra wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls.

Il-gowls ta’ Hibernians waslu minn awto gowl ta’ Lisa Sophie Vella, żewġ gowls ta’ Rodianne Zerafa u gowl kull wieħed ta’ Alessia Caschetto, Martina Borg, Alexis Espitia u Aleksandra Georgieva.