Il-partitarji Laburisti ma jridux ‘Pjazza’… iridu lura lil Manuel Cuschieri

Jidher li numru kbir ta’ partitarji Laburista ma’ jridux jaraw iktar lil Karl Stagno Navarra fuq l-istazzjoi tal-Partit Laburista, iżda jridu lura lil Manuel Cuschieri.

Dan hekk kif post li tela’ fuq il-media soċjali bħala riklam għall-programm ‘Pjazza’ kellu baraxx ta’ kummenti biex jirritorna fuq ir-radju Laburista Manuel Cuschieri.

Persuna partikolari kkummentart li ma tridx tara iktar lil Stagno Navarra fuq il-ONE għax skont hi, huwa ‘big disgrace’. B’persuni oħra jistaqsu x’inhi r-raġuni għala Robert Abela keċċa lil Manuel Cuschieri b’mod sfaċċat.. azzjoni li waslet għal rabja kbira fost numru kbir ta’ Laburisti.

Kummenti oħra kienu li mal-mument li keċċew lil Manuel Cuschieri, għalihom il-One spiċċa… fost numru kbir ta’ kummenti oħra li għadhom qed jittamaw li Cuschieri jiġi lura.

Manuel Cuchieri, li kienu ilu jippreżenta programm politiku fuq ir-radju Laburista, twaqqaf milli jkompli dan ir-riklam mingħajr ma ngħata raġuni valida. Ftit tal-jiem ilu, Cuschieri għamilha ċara li fil-jiem li ġejjin mistenni jilsef il-persuna li keċċitu minn One Radio. Huwa stqarr li issa One Radio huwa parti mill-passat… hekk kif wara dawn is-snin kollha jwassal dan il-programm politiku, issa għalqulu ħalqu.

Cuschieri qal ukoll li din ma kinitx deċiżjoni tiegħu u li kieku għalih, baqa’ jwassal dan il-programm politiku lis-semmiegħa ta’ One Radio. F’messaġġ li wassal fuq facebook ftit tal-jiem ilu, il-preżentatur veteran Manuel Cuchieri qal li ċerti persuni fi ħdan il-Partit Laburista qed iħallu l-poter jitlgħalhom għal rashom.

B’din id-deċiżjoni qed tkompli toħroġ iktar fid-deher il-qasma li hemm fi ħdan il-Partit Laburista bejn dawk li jappoġġjaw lill-Prim Ministru Robert Abela u dawn li baqgħu jappoġġjaw lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat – ewlenin fosthom, Manuel Cuschieri.