Lokali Qorti

Il-każ ta’ Iosif Galea: Wieħed mill-uffiċjali akkużati qed jitlob lill-Kummissarju iwaqqaf il-proċeduri sakemm jingħata r-rapport tal-inkjesta

Spettur fi ħdan il-Korp tal-Pulizija talab lill-Kummissarju sabiex jgħaddielu kopja tar-rapport sħiħ tal-Bord Indipendenti għall-ilmenti dwar il-Pulizia b’rabta mal-ħarba ta’ Iosif Galea. Żewġ uffiċjali tal-pulizija u żewġ spetturi tal-pulizija jinsabu jġorru il-piż wara li allegatament naqsu milli jwaqqfuq lil Galea, suspettat fuq ħasil ta’ flus milli jitlaq minn Malta.

Fi protest ġudizzjarju fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili huwa għamel referenza ghall-konkluzjonijiet tal-Bord Indipendenti ghall-ilmenti dwar l-Pulizija ippublikat fi stqarrija mil-Korp tal-Pulizija nhar it-16 ta’ Settembru 2022 rigward il-kaz ta’ Iosif Galea, każ li sehh waqt li hu kien l-Ispettur responsabbli mit-taqsima tas-Sirene Bureau fi hdan il-Korp tal-Pulizija.

Huwa qal li sal-lum il-ġurnata għajr għal dak rivelat mil-Korp tal-Pulizija fi stqarrija u għajr dak li gie irrappurtat fil-mezzi tax-xandir hu għadu sa issa m’għandhux kopja tar-rapport shih tal-Bord Indipendenti ghall-ilmenti dwar l-Pulizija.

Minkejja dan, u minkejja li l-istess konklużjonijiet ma jagħmlux referenza speċifika għal min qed jirreferu bħala individwi li jissemmew bhala “ufficjali”, il-Korp tal-Pulizija beda proċeduri nterni fil-konfront tal-esponenti. Għaldaqstant huwa qed jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jieqaf milli jieħu u jew jibda proċeduri nterni, qabel jingħata kopja sħiħa tar-rapport tal-Bord Indipendenti għall-ilmenti dwar l-Pulizija u jingħata l-opportunità ta’ ftit jiem sabiex jaqrah u jieħu l-passi neccessarji.

L-Ispettur inkwistjoni qal li huwa talab ghall-bosta drabi lill-Kummissarju sabiex jingħata kopja shiha tar-rapport pero din it-talba ġiet injorata għall-aktar minn tliet darbiet. Huwa qal li ma jistax jifhem ghaliex il-Kummissarju qed jsiba diffiċli jagħti kopja tar-rapport sħiħ u mhux rb’mod ridott lill-Pulizija konċernati, aktar u aktar jekk l-istess hu u l-ftit ta’ madwaru, fl-istess rapport, ġie dikjarat li ma ghandhomx responsabbilta amministrattiva.

Qal li għandu dritt li jingħata kopja sħiħa tar-rapport in-kwistjoni għaliex jemmen li l-fatt li l-Kummissarju tal-Pulizija talab lil Bord Indipendenti għall-ilmenti dwar l-Pulizija jinvestiga, kien biss ezerċizzju ta’ Public Relations u dan għaliex qabel bagħat lill-Bord Indipendenti għall-ilmenti dwar l-Pulizija sabiex jinvestiga, l-Kummissarju tal-Pulizija kien diġa għamel investigazzjoni interna sħiħa u assigura ruħu li hu u l-ftit ta’ madwaru segħtu jeħilsu mir-responsabbiltà amministrattiva.

L-Ispettur qal li huwa ferm interessanti l-fatt li l-mezzi tax-xandir ippuntaw lejn żewġ Spetturi tal-Pulizija fosthom hu stess bħala dawk responsabbli, meta mil-konkluzjonijiet ippubblikati jidher biss li hemm indikat “uffiċjali” u ebda referenza għall-individwi jew r-responsabilitajiet taghhom.

Huwa jemmen li huwa ferm tat-tħassib kif dan setaż jsir meta huwa biss il-Kuimmissarju li għandu kopja sħiħa ta’ dan ir-rapport. Għaldaqstant l-Ispettur qed jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jgħaddilu kopja sħiħa ta’ dan ir-rapport u jieqaf milli jkompli bil-proċeduri interni fil-konfront tiegħu, qabel jingħata kopja sħiħa tar-rapport u jkollu l-opportunita jieħu l-passi necċssarji. Il-protest kien iffirmat mill-Avukat David Bonello.

Għaldaqstant l-Ispettur qed jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jgħaddilu kopja sħiħa ta’ dan ir-rapport u jieqaf milli jkompli bil-proċeduri interni fil-konfront tiegħu, qabel jingħata kopja sħiħa tar-rapport u jkollu l-opportunita jieħu l-passi necċssarji. Il-protest kien iffirmat mill-Avukat David Bonello.