Internazzjonali

Imut ir-rapper Coolio

Tħabbret il-mewt ta’ Coolio, ir-rapper tas-snin 90 li ddomina iċ-charts tal-mużika b’suċċessi bħal “Gangsta’s Paradise” u “Fantastic Voyage,”. Din l-aħbar tħabbret mill-ħabib u manager tiegħu Jarez Posey. Coolio miet fl-eta’ ta’ 59 sena.

Posey qal li Coolio miet fis-sigħat ta’ wara nofsinhar ħin lokali f’Los Angles nhar l-Erbgħa. Il-kawża tal-mewt tiegħu mhijiex waħda ċara. Meta kkuntattjat mill-media Amerikana, tad-Dipartiment tan-Nar ta’ Los Angeles ikkonferma li l-pumpiera u l-paramediċi wieġbu għal sejħa f’South Chesapeake Ave għal rapporti ta’ emerġenza medika.

Meta waslu l-paramediċi fil-post, sabu lir-rapper mitluf minn sensih.  Sforzi li damu għal madwar 45 minuta kienu inutli hekk kif kien iddikjarat mejjet  ftit qabel il-5:00 p.m.