Lokali Qorti

Jammetti li offenda lil Robert Aquilina fuq il-meżżi soċjali

Raġel ġie mmultat mitt ewro u lliberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena mill-Maġistrat Ian Farrugia wara li skuża ruħu u ammetta li qal kliem diżpreġattiv fil-media sożjali fil-konfront ta’ Robert Aquilina, President tal-NGO Repubblika. Huwa nstab ħati ta’ theddid u użu ħażin ta’ apparat tat-telekomunikazzjoni.

L-Avukat Aquilina ħafer lil Anthony Brincat wara li fuq il-meżżi soċjali qallu – “Robert Inti vera miġnun – ara jibgħatux lilel il-ħabs. Narak fil-qabar u nitkellmu fiċ-ċimiterju. Meta deher il-Qorti Brincat għamel dikjarazzjoni lin tgħid -“Jiena Anthony Brincat nirrikonoxxi pubblikament li l-kliem li f’dawn l-aħħar ġimgħat inidirizzjat fil-konfront ta’ Dr. Robert Aquilina fuq il-meżżi soċjali mhuwiex kliem xieraq f’soċjetà demokratika.

“Għaldaqstant jien napoloġizza lil Dr. Aquilina għal dan l-aġir inaċċettabbli tiegħi. Għalkemm ma naqbilx ma’ Dr. Aquilina dwar il-ħidma tiegħu fis-soċjetà ċivili, nirikonoxxi bla ebda riżerva li l-ħidma tiegħu hi motivata esklussivament minn xewqa ġenwina tiegħu biex f’pajjiża jsaltnu l-ġustizzja u l-meritokrazija.

“Għalhekk jiena nammetti l-akkużi kollha miġjuba kontrija f’din il-Qorti”. Hawn l-Avukat Aquilina iddikjara li kien qed jaħfer lil Brincat. In vista tal-ammissjoni u tal-maħfra, l-Qorti sabitu ħati u tat sentenza ta’ sena ‘conditional discharge’ u multa ta’ mitt ewro. L-Avukat Jason Azzopardi deher għal President ta’ Repubblika filwaqt li Josè Herrera deher għall-ħati.