Lokali Qorti

L-Avukat ta’ mara mixija b’attentat ta’ qtil jgħid li kienet qed tiddeffendi lilha nfisha mill-eks sieħeb tagħha

Omm kienet qed taġixxi biex tiddefendi lilha nnifisha meta daqqet ta’ sikkina lill-eks sieħeb tagħha wara li dan qabad u daħal f’darha matul il-lejl, u ssuġġettaha għall-attakk ieħor, xi ħaġa mhux rari, għall-attakk vjolenti, qal l-avukat tagħha fil-Qorti.

L-Avukat Stefano Filletti kien qed jagħmel sottomissjonijiet finali fi proċeduri kontra l-mara, li tinsab akkużata b’attentat ta’ qtil. L-inċident seħħ tliet snin ilu, iżda Filletti osserva li dak ma kien l-ewwel episodju vjolenti fuq il-mara, li kienet qatgħet ir-relazzjoni tagħha mar-raġel hekk kif ma setgħetx tibqa’ tlaħħaq mal-atteġġament vjolenti u abbużiva tiegħu.

Minkejja li r-relazzjoni kienet spiċċat, ir-raġel ma qatax qalbu, baqa’ jippersisti fit-tentattivi tiegħu li jagħmel is-sess magħha u jsawwatha meta din irrifjutat. “Ma setgħet ikollha l-ebda raġel ieħor. Hu biss,” qal Filletti. Il-mara iffaċċjat vjolenza domestika “għax kienet mara u s-sieħeb tagħha sawwatha bl-addoċċ għax huwa aktar b’saħħtu,” żied jgħid Filletti.

Iżda minkejja li f’ħafna okkażjonijiet preċedenti hija talbet għall-għajnuna, “il-pulizija ma għamlu xejn. Huma la ċċekkjaw u lanqas investigaw. Xejn!” qal l-avukat tagħha. L-akkużata kienet saħansitra ppreżentat fil-Qorti recordings ta’ dawk it-telefonati fejn instemgħet titlob għall-għajnuna. U dak il-lejl, l-istorja rrepetiet ruħha.

Għall-ħabta ta’ nofs il-lejl ir-raġel kien ħareġ barra l-appartament tagħha, ħabbat mal-bieb u fl-aħħar daħal b’mod sfurzat waqt li binha ż-żgħir kien rieqed. Huwa mbotta lill-mara fil-kamra tas-sodda u pprova jistupraha, iżda hi rnexxielha taħrab, tiġri lejn il-kċina bl-aggressur tagħha imur għaliha.

Huwa rassa mal-armarju, sawwatha u taha daqqa ta’ ponn f’wiċċha. Dak kien meta qabdet l-ewwel ħaġa li sabet f’idejha, ​​sikkina tal-kċina, u tagħtu biha, ġriet lejn binha li kien rieqed f’kamra tas-sodda meta seħħ l-inċident. Sid il-post fej toqgħod kien avżat mill-ġirien dwar il-kommossjoni li kien hemm ġewwa l-appartament, mar xi ftit wara, u sab il-bieb ta’ barra bil-ħsara u l-inkwilin tiegħu “kollha mdemmija u diżorjentata.”

Sid il-kera kien xehed dwar ix-xokk tiegħu meta sab xena bħal din u kif kien ittratta lill-mara li kienet viżibilment beżgħata u mbikkma, kompla Filletti. Min-naħa l-oħra, l-eks sieħba tal-akkużat u allegata vittma f’dan il-każ, aktar milli talbet għajnuna medika jew tippreżenta rapport tal-pulizija kienet marret id-dar tal-ħabib tiegħu biex tgħidlu x’ġara.

Kien hu li sejjaħ ambulanza, irrimarka l-avukat. “Għaliex ma marx għall-għajnuna jekk kien innoċenti? Kien jaf li kien fl-inkwiet għax kien jaf li kien il-kawża ta’ dan kollu.” Wara l-arrest tagħha, il-mara kienet ammettiet li laqtet lill-aggressur tagħha b’sikkina għax kien qed isawwatha u jipprova jistupraha.

Il-mara kienet konsistenti fix-xhieda tagħha Hija baqgħet konsistenti fil-verżjoni tagħha meta xehdet fil-qorti. “Uniformità assoluta,” saħaq Filletti, u żied ifaħħar lil-mara li minkejja l-inkwiet kollu, sabet saqaf taħt rasha s għaliha u għal binha u kienet għaddejja bil-ħajja.

Hekk kif l-avukat beda jitkellem b’dan il-mod dwarha, hija bkiet fis-skiet. “Għall-kuntrarju tal-akkużat, l-allegat vittma l-ewwel qal lill-pulizija li kien qala; bis-sikkina, iżda mbagħad għażel li ma jixhedx fil-qorti. U aktar milli kien skoraġġut minn dak l-inċident, ir-raġel baqa’ jippersisti fl-istess xejra ta’ mġiba.

“Sakemm komplew dawn il-proċedimenti, huwa kien isib lill-akkużata fl-indirizz il-ġdid tagħha u jirrepeti l-aggressjoni. “Il-pulizija se tieħu azzjoni kontrih issa?” staqsa Filletti. Huwa għalaq id-difiża tiegħu billi argumenta li r-rekwiżiti legali kollha għal awto-difiża leġittima kienu jeżistu, peress li l-vjolenza kienet f’daqqa, gravi u inevitabbli.

L-Ispettur Eman Hayman qal li r-raġel seta’ tefa’ dawl fuq dan il-każ iżda għażel li ma jixhedx. Ma kien hemm l-ebda dubju li kien hemm argument li eskala, qal Hayman. Il-mara kienet ukoll ressqet diversi rapporti u fil-fatt, l-eks sieħeb tagħha kien ġie arrestat, akkużat bi fastidju u ammetta għall-akkużi xi jiem ilu, spjega l-prosekutur.

Madankollu, dakinhar ta’ dan l-inċident, il-mara ma marritx l-għassa, li kienet biss ftit passi ‘l bogħod minn darha. Il-pulizija kellha tintraċċaha u s-sid sussegwentement xehed li l-mara kienet qalet li “finalment ħelset mill-eks tagħha.”

Il-mara għandha tiġi misjuba ħatja, iżda forsi m’għandhiex tingħata sentenza ta’ ħabs effettiva, temm jgħid Hayman. L-avukat Filletti li flimkien mal-Avukat Martina Cuschieri deher għal mara rrimarka li hija ma marritx l-għassa għax kienet “maħsuda u beżgħana’.

“Barra minn hekk, wara 12-il telefonata lill-pulizija u ma sar xejn, ma nagħtijiex tort li ma għamlitx rapportl-għassa,” temm jgħid Filletti. Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, iddifferiet il-kawża għas-sentenza għal Diċembru.