Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ sular f’barriera

Raġel mis-Siġġiewi weġġa’ gravi wara li waqa’ sular f’barriera.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar f’barriera fi Triq Lapsi, is-Siġġiewi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel ta’ 57 sena weġġa’ wara li waqa’ madwar sular.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ