Sport Sport Ieħor

Snooker – British Open: Judd Trump u Ding Junhui jagħmluha għar-rawnd li jmiss

F’Milton Keynes ġurnata oħra mill-ewwel rawnds tal-British Open 2022. L-attenzjoni fuq in-numru tnejn fid-dinja tas-snooker Judd Trump li f’siegħa elimina lil Dean Young tal-Iskozja 4-0 . Trump ftit kellu problemi kontra Young fejn għamel breaks ta’ 84 u 100 fit-tieni u tielet frame sabiex għadda mal-aħħar 32 fejn jilgħab kontra Xu Si li għadda b’rebħa ta’ 4-2 fuq David Grace. Mill-istess rawnd għadda wkoll Ding Junhui wara li għeleb lil Joe Perry 4-1.

Din l-edizzjoni hija karaterizzata minn sorpriżi fejn wara li fl-ewwel rawnd Ronnie O’Sullivan kien eliminat minn alexander Ursenbacher tal-Iżvizzera, safa’ wkoll eliminat ir-rebbieħ tas-sena li għaddiet Mark Williams wara li tilef 4-1 kontra Ben Woollaston.