Futbol Sport

UEFA Regions Cup: Malta titlef l-ewwel partita kontra Split

Split…..……..2

Malta………..1

Split: D. Kristic, M. Kresic (I. Salinovic 78′), J. Bauk, S. Lazarevski, J. Iveljic, T. Peldaevic, R. Juric, (T. Katic 60′), D. Plasva, P. Skaric (N. Cupic 74′), D. Ribicic (I. Gilic-Kuku 60′), L. Andric (L. Vodopija 74′)

Malta: J. Grech, G. Bugeja, D. Sant, D. Micallef, A. Azzopardi (T. Giles 85′), J. Spiteri, S. Buhagiar, S. DIaconi (I. Montanaro 81′), A. Cutajar, S. Nanapere (J. Galea 46′), N. Schembri (D. Hili 46′)

Referee: N. Popov

Fl-ewwel partita mill-UEFA Regions Cup. it-tim Malti, li huwa ffurmat minn plejers li għandhom l-istatus ta’ Amateur, tilfu bl-iskor ta’ 2-1 kontra r-reġjun tal-Kroazja, Split. It-tim immexxi minn Alfred Attard kellu wirja qalbiena fejn prova sat-tmiem biex jiskorja l-gowl tad-draw.

Split marru fil-vantaġġ wara biss seba’ minuti permezz ta’ Pjero Skaric u bil-Maltin jipprovaw iwettqu reazzjoni, fil-41 minuta wasal it-tieni gowl tal-Kroati permezz ta’ Leo Andric.

Fit-tieni taqsima il-Maltin ħarġu fuq l-offensiva biex jipprova jidħol fil-partita fejn irnexxielu jagħmel dan fil-65 minuta meta kien Andre Cutajar li mill-11-il metru ma żbaljax wara li Bauk kien waqqa lil Josmar Galea fil-kaxxa. It-tim Malti jigħab it-tieni u l-aħħar partita tiegħu nhar it-Tlieta kontra Belgrade.