Internazzjonali Temp

Uragan li ġab miegħu xeni ta’ katastrofi fi Florida; żewġ miljuni spiċċaw bla elettriku

Il-kosta ta’ Florida tinsab litteralment fi stat ta’ kriżi wara l-urugan li laqat din iz-zona tal-Istati Uniti, bil-membri tal-emerġenza jiddeskrivu l-effetti tal-urugan bħala katastrofi.

Il-maltemp u l-għargħar diġa’ ħallew ħerba u diżastru bla preċedent – minn Tampa sa Daytona Bay. Bl-irwiefen, fl-aħħar sigħat, jaslu wkoll saz-zona ta’ Orlando fejn hemm diversi parks tad-divertiment, inkluż Disney World.

Esperti meterjoloġiċi qed jgħidu li l-urugan kellu saħħa ta’ 240 kilometru fis-siegħa, u f’xi waqtiet laħħaq kien klassifikat f’kategorija 4. L-effetti tal-irwiefen ħallew ukoll maż-żewġ miljun persuna mingħajr il-provvista tad-dawl.

Filmati miz-zoni milquta urew karozzi jiġu litteralment mormija, siġar jitqaċċtu u djar jitkissru. Filwaqt li deher ukoll saqaf ta’ sptar li tqaċċat minn postu bis-saħħa tar-riħ.

Hu mifhum li fis-sighat li ġejjin l-urugan Ian se jkompli bir-rotta tiegħu lejn l-Istat ta’ Georgia. Għalkemm mistenni li jnaqqas ferm mis-saħħa li kellu