Sport Sport Ieħor

Artie III jirbaħ ir-RMYC Fully Crewed Figure of Eight Race madwar Malta

It-tellieqa Fully Crewed Figure of Eight madwar Malta, ospitata mir-Royal Malta Yacht Club nhar is-Sibt, kienet l-aħħar tiġrija li ġiet ospitata mill-klabb qabel il-bidu tar-Rolex Middle Sea Race, li saret f’Ottubru.

It-tiġrija rat attendenza tajba minn dgħajjes Maltin li qed jippjanaw jieħdu sehem fir-Rolex Middle Sea Race ix-xahar id-dieħel, u li jqisu din it-tiġrija bħala tħejjija tajba.

L-uffiċjal tat-tellieqa Martin Azzopardi bagħat lill-flotta fuq korsa lejn in-nofsinhar ta’ Malta, b’direzzjoni lejn il-Munxar, Bengħajsa, u korsa lejn it-tramuntana sal-fliegu ta’ Kemmuna, qabel mal flotta spiċċat lura lejn il-Royal Malta Yacht Club.

Hekk kif il-Flotta bdiet fuq il-korsa ta’ madwar 62 mil nawtiku, il-jott ta’ Paul Debono Bait, u l jott Calypso tal-familja Ripard ħarġu flimkien mill-port. Artie III ta’ Lee Satariano ħa rotta kemmxejn differenti li rriżultat li l-HH42 jsib post fuq quddiem għat-tul tat-tellieqa.

Bidu kemm xejn batut mill-jott ta’ Jonathan Camilleri Bowman, Maltese Falcon II rah lejn l-aħħar tarf tal-flotta, iżda ma tantx dam f’din il-posiżżjoni hekk kif eventwalment resqu ‘lquddiem. Minn hemm ‘il quddiem il-Beneteau First 40.7 kien impenjat b’battalja kontinwa mal-J99 Calypso. Bi ftit minuti biss jifred iż-żewġ jottijiet, iż-żewġ ekwipaġġi baqgħu jippruvaw jiksbu kemm jista’ l-aħjar posizzjoni għar-riħ.

Hekk kif il-flotta resqet lejn il-fliegu ta’ Kemmuna, Artie kien għadu ferm fuq quddiem Warajhom kien hemm Maltese Falcon II, b’madwar ħmistax-il minuta qabel Calypso. Dawn il-pożizzjonijiet baqgħu ma nbidlux sat-tmiem fir-Royal Malta Yacht Club.

Artie III kienet l-ewwel dgħajsa li qasmet il-linja finali u ġiet iddikjarata rebbieħa fil-ħin korret tal-IRC. Filwaqt li l-Maltese Falcon II spiċċa qabel Calypso, daħlu fis-seħħ il-klassifikazzjonijiet IRC li rriżultaw f’Calypso għadda lil Falcon għat-tieni post. Fil-Klassi Cruising tal-IRC, Inspiration ta’ Godwin Zammit ħarġet bħala r-rebbieħa tal-Klassi.

Il-Premjijiet lir-rebbieħa ingħataw waqt attività fir-Royal Malta Yacht Club. Il-Klabb irringrazzja lill-voluntiera kollha li taw għajnuna imprezzabbli tul l-avveniment.

Riżultati Ġenerali:

1st Artie III (Lee Satariano)

2nd Calypso (Sebastian Ripard)

3rd Maltese Falcon II (Jonathan Camilleri Bowman)

IRC Class 2:

1st Calypso (Sebastian Ripard)

2nd Maltese Falcon II (Jonathan Camilleri Bowman)

3rd JYS Jan (Patrice Pace)

IRC Cruisers:

1st Inspiration (Godwin Zammit)