Sport Sport Ieħor

Darts: It-tim nazzjonali tal-irġiel eliminat fil-fażi tal-aħħar sittax

It-tim nazzjonali tal-irġiel tad-darts safa’ eliminat fil-fażi tal-aħħar sittax tad-WDF Europe 2022 li qed issir fi Spanja meta tilef 9-0 kontra l-Fillandja.

Minkejja dan ir-riżultat, il-Maltin kienu ferm żvinturati fejn ix-xorti m’għenithomx sabiex jagħlqu l-games permezz tad-double.

Min-naħa l-oħra, il-Fillandiżi kienu aktar preċiżi u eventwalment irnexxielhom jirbħu l-games kollha li lagħbu.

Min-naħa l-oħra, fid-doubles tal-irġiel kellna lil koppja John Agius/Albert Scerri u Tony Borg/Norbert Attard li avvanzaw għal mal-aħħar 32 tal-kompetizzjoni għalkemm inqalgħu fil-logħba ta’ wara.

Fl-azzjoni kien hemm ukoll is-singles tan-nisa fejn b’xorti ħażina, il-Maltin tilfu l-logħbiet kollha li lagħbu kontra avversarji.

Il-logħob mid-WDF Europe 2022 li qed isir f’Gironda fi Spanja, ikompli llum meta jintlagħbu s-Singles tal-Irġiel u d-doubles tan-nisa.