Futbol Sport

Futbol tan-Nisa: Raiders Lija jirbħu faċilment lil Mtarfa

Raiders Lija fetħu l-impenji tal-istaġun b’rebħa ta’ 4-0 fuq Mtarfa. Matul l-ewwel taqsima żewġ gowls minn Lexine Farrugia, li hija l-aħħar akkwist minn ma’ Birkirkara, sabiex bi Mtarfa jonqsu milli jwettqu reazzjoni l-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess. Lija mmexxija minn Denis Guerra komplew jiddominaw sabiex skorjaw darbtejn oħra permezz ta’ Anna Aloisio u Sarah Vella Barberi.

Riżultati:

Hibernians 7-0 San Ġwann

Birkirkara 1-0 Mġarr United

Raiders Lija 4-0 Mtarfa