Sport

Is-Supporters Club ta’ Fiorentina f’Malta torganizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali 2022

Il-Viola Club Malta se jkun qed jorganizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali nhar il-Ħadd 2 ta’ Ottubru 2022 fl-10:15am fis-Sala ‘Perla Di Padua’, parti mill-Kazin tal-Banda Sant’Antnin f’Birkirkara.

Il-membri u simpatizzanti kollha tal-ACF Fiorentina huma mistiedna jattendu għal dan l-avveniment, li se jinkludi wkoll bibita fit-tmiem tal-laqgħa.

Waqt din il-laqgħa, se ssir ukoll Elezzjoni biex permezz tagħha jinħatar kumitat għas-sentejn li ġejjin (2022-2024).

Il-Viola Club Malta, imwaqqaf f’ Mejju 1968, huwa l-għaqda uffiċjali tal-partitarji lokali tal-Fiorentina, u huwa l-ewwel Viola Club imwaqqaf barra mill-Italja. Huwa għandu rabtiet tajba ħafna kemm mal-ACF Fiorentina, kif ukoll ma’ l-ACCVC (li huma l-Assoċjazzjoni li tieħu ħsieb il-‘Viola Clubs’ kollha li hawn fid-dinja).

Ta’ min jgħid, li l-Viola Club Malta riċentement, f’Mejju 2018, ġab f’pajjiżna lit-tim tal-‘Glorie Viola’, li huwa l-iskwadra uffiċjali ta’ ‘ex-plejers’ tal-Fiorentina, u dan bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju mit-twaqqif tal-Klabb.

Meta l-iskwadra proprja tal-ACF Fiorentina żaret pajjiżna f’Jannar 2019, il-Viola Club Malta ngħata trattament speċjali ħafna mid-diriġenti u l-kontinġent kollu tal-Viola, u dan għal benefiċċji tal-membri tiegħu.

Il-Viola Club Malta jforni ukoll lill-membri tiegħu b’materjal relatat mall-klabb, jorganizza numru sabiħ ta’ attivitajiet soċjali kull sena, jorganizza mawra għall-Firenze b’mod annwali sabiex il-membri tiegħu jkollhom l-opportunità li jsegwu lit-tim favorit tagħhom, kif ukoll il-klabb iservi ta’ spalla lill-membri, sabiex dawn ikollhom biljett garantit meta dawn jitħajjru jitilgħu għal rashom biex jaraw xi logħob tal-Fiorentina.

Għal aktar dettalji wiehed jista jibgħat email lill-President, is-Sur Darren Micallef fuq darrenacca@gmail.com, jew inkella lill-President Onorarju, is-Sur Alex Damato fuq viola.damato@gmail.com jew inkella lis-Segretarju, is-Sur Ivan Attard fuq tucci229@gmail.com.

Aktar informazzjoni tistgħu ssibuha fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook ViolaClub Malta 1968.