Futbol Sport

Kampjonat tal-Veterani: Xalata ta’ gowls fl-ewwel ġurnata

(Żejtun Red Stars)

Fl-ewwel ġurnata tal-Kampjonat tal-Veterans Malta Football Association spikkat ir-rebħa kbira ta’ 7-1 li Żejtun Red Stars kisbu fuq Żurrieq Wolves. Erbgħa mill-gowls ta’ Żejtun kienu skorjati minn Tyron Borg filwaqt li l-kumplament wasllu minn dopjetta ta’ Gilbert Lowell u l-aħħar gowl skorjaħ Jonathan Buttigieg. L-uniku gowl ta’ Żurrieq kien skorjat minn Mario Camilleri.

Rebħa wkoll għal Gżira United li f’partita missielta għelbu lil Rabat Veterans 4-2. Il-gowl ta’ Gżira wasslu minn dopjetta ta’ Alex Muscat u gowl kull wieħed ta’ Jonathan Pearson u Andrew Cohen.

Dylan Falzon u Darren Galea skorjaw il-gowls tal-bandiera għar-Rabtin.

Birkirkara St. Helens ukoll ma bgħatewx wisq biex għelbu lil Luxol St. Andrews hekk kif rebħulhom 6-2.

Tripletta ta’ Joseph Chetcuti, dopjetta ta’ Glenn Bonello u gowl ta’ Trevor Cilia taw ir-rebħa lill-Karkariżi filwaqt li Michela Galea skorja dopjetta għal Luxol.

Il-MFPA ukoll kisbu rebħa kbira meta għelbu lil Pietà Hotspurs 6-1. Il-gowls wasslu minn tripletta ta’ Mark Barbara, dopjetta ta’ Luke Cauchi u gowl ta’ Carlo Mamo.

Claude Mattocks skorja l-uniku gowl għal Hotspurs.