Sport Sport Ieħor

Motor Sports: Hubert Camilleri jirbaħ il-ħames rawnd tal-kampjonat tal-Hillclimb

Il-Ħadd 25 ta’ Settembru, l-Island Car Club Organizza l-ħames rawnd tal-kampjonat Malti tal-Ħillclimb. Għal din it-tellieqa il-club uża triq ġdida fil-limiti tas-Siggiewi, it-telgħa tal-Girgenti.

F’dan ir-rawnd kien hemm diversi sewwieqa jirbħu il-klassijiet rispettivi tagħhom kif ġej.

Silvio Sciberras rebaħ il-klassi għas-sewwieqa ta’ aktar minn 60 sena, filwaqt li Gabriel Sammut kien l-iktar sewwieq veloċi fuq karozza li tingrana fuq quddiem.Isaac Decelis kien l-iktar sewwieq veloċi b’karozza tat-triq u Kurt Aquilina l-iktar sewwieq veloci fuq karozza li tingrana fuq erba’ roti. Fil-klassi tal-karozzi klassiċi ir-rebbieħ kien Lucas Pace. filwaqt li Isaac Burlo rebaħ il-klassi għal sewwieqa ta’ taħt il-25 sena. Fil-kategorija tas-sewwieqi nisa, kienu tmienja l-kompetituri bl-iktar veloċi tkun Stefanie Calleja.

Rebbieħ ta’ dan il-ħames rawnd kien is-sewwieq Hubert Camilleri li kien l-iktar sewwieq veloċi overall. Hu kien segwit minn Terence Vella u Mark Micallef.