Futbol Sport

Restrizzjonijiet tal-pandemija għal waqt it-Tazza tad-Dinja

(Ritratt: EPA)

L-organizzaturi tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar ħabbru diversi miżuri relatati mal-pandemija, miżuri li jridu jkunu osservati mill-partitarji minn madwar id-dinja li jkunu jridu jidħlu fil-Qatar għal din l-ikbar manifestazzjoni sportiva.It-test irid isir sa 48 siegħa qabel il-persuna tidħol il-Qatar.Kull persuna li trid tidħol il-Qatar wasqt it-Tazza tad-Dinja irid jagħmel test tal-covid, test li jrid ikollu eżitu negattiv. Dawk il-persuni kollha li jkunu għalqu 18-il sena iridu wkoll iniżżlu app fuq it-telfon ċellulari tagħhom biex b’hekk kull persuna jkun reġistrat kontinwament il-moviment tagħha, kif ukoll ikun ikkontrollat ukoll l-istat ta’ saħħa ta’ kull persuna.Minn naħa l-oħra t-tilqim, għalkemm hu rakkomandat mhux se jkun mandatorju biex wieħed jidħol fil-pajjiż.

Fil-fatt ilbieraħ ukoll il-federazzjomni tal-futbol tal-Qatar irrakomandat li kulħadd ikun imlaqqam kontra l-Covid.L-użu tal-maskli mhux mandatorju kullimkien , iżda hu mandatorju fuq il-mezzi kollha tat-trasport.Il-plejers u membri tal-kontinġenti tat-32 finalista tat-Tazza tad-Dinja iridu jagħmlu antigen test kull jumejn. L-istess iridu jagħmlu r-referees u l-assistenti referees li se jikkontrollaw il-logħbiet kollha.