Sport Sport Ieħor

Snooker – British Open: Break ta’ 147 minn Mark Selby….Judd Trump mal-aħħar 16

L-erba’ darbiet champion tad-dinja Mark Selby għamel break ta’ massimu ta’ 147 waqt il-partita tiegħu tal-aħħar 16 kontra Jack Lisowski fil-British Open fil-Marshall Arena f’Milton Keynes. Mark Selby, ta’ 39 sena, laħaq ir-raba’ massimu fil-karriera tiegħu fl-ewwel frame tal-partita tiegħu kontra l-Britanniku Lisowski. Huwa se jieħu £5,000 żejda għall-ogħla break tal-kampjonat, sakemm l-ebda plejer ieħor ma jagħmel massimu wkoll.

In-numru tnejn fid-dinja Judd Trump għamel wkoll break ta’ 124 meta f’anqas minn siegħa għeleb lil Xu Si tac-Cina 4-0 filwaqt li Mark Allen, runner-up fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet, għeleb lil Gary Wilson 4-2 sabiex għadda wkoll mal-aħħar sittax. Ir-rebbieħ tal-British Open 2022 jingħata xejn anqas minn £100,000.