Sport Sport Ieħor

Squash: Lijana Sultana tirbaħ il-Kampjonat Awstraljan tal-Juniors

Lijana Sultana, li għandha 15-il sena, rebħet il-Kampjonat tal-Juniors fl-Awstralja meta fil-finali għelbet lill-Awstraljana Amelie Guziac 3-2. Fil-finali, li kienet waħda kkumbattuta għall-aħħar, Sultana baqgħet tippersisti biex rebħet l-aħħar set 11-4 u b’hekk saret iċ-chmpion il-ġdida tal-Kampjonat Awstraljan ta’ taħt is-17-il sena.

L-ewwel set intrebaħ mill-Maltija 12-10 iżda Guziak rebħet is-set ta’ wara 9-11. Sultana regħet ħerġet rebbieħa fit-tielet set 11-8 biex mbagħad l-Awstraljana rnexxielha tisforza decider meta rebħet ir-raba’ set 9-11. Fid-decider Sultana kellha wirja brillanti u rebħet is-set b’kumdità 11-4.

Fl-ewwel żewġ rawnds tal-kompetizzjoni Sultana għelbet lil Sydney Ennis u Sophie Simpson bi skor identiku ta’ 3 sets għal 0.

Fis-semi finali mbgħad iltaqgħet mas-seed numru tnejn Emma Lamb li ukoll rebħitilha 3-0 ( 11-9 11-6 11-7) biex b’hekk għamlitha għall-finali fejn għelbet lin-numru wieħed Amelie Guziac.