Sport Sport Ieħor

Blackball: Hamrun 147 jiddominaw il-finali tan-Knock Out

Ħamrun 147 A huma r-rebbieħa tan-National knock-out 2022 meta fil-Fuego Speakeasy Arena huma għelbu lil Valletta Breakwater 11-5.

Rebħa meritata mit-tim tal-147 hekk kif dejjem kellhom vantaġġ komdu sa minn kmieni fil-konfront għalkemm il-Beltin qatt ma ramew ix-xugaman

It-tim mill-Ħamrun kien kompost minn Clayton Castaldi, Mevrick Zammit, Philip Coleiro, Stephen Mangion, Leon Azzopardi, Gary Carr, Owen Amato u Anton Cuschieri filwaqt li għal Valletta Breakwater lagħbu Clint Azzopardi, Clint Grima, Lydan Debono, Jesmond Schembri, Lee Grima, Luke Said u Scott Muscat bit-tim ikun immexxi minn Adrian Camilleri u Ishmael Hatherly.

Fi tmiem il-konfront, l-uffiċjal Christopher Busuttil ippreżenta t-tazza lill-plejer ta’ Ħamrun 147 A Leon Azzopardi.