Lokali

COVID-19: 18-il każ ġdid – ifiqu 14

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ġew irreġistrati 18-il każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 14-il persuna oħra.

Fortunatament, bejn il-Ġimgħa u s-Sibt l-ebda persuna ma’ tilfet ħajjitha kaġun tal-virus biex b’hekk il-fatalitajiet mill-bidu tal-pandemija s’issa jammontaw għal 806.

Intant, għal ġurnata oħra it-total ta’ każi attivi rega żdied hekk kif bħalissa f’pajjiżna għandna 279 każ ta’ Covid-19.

Għal fini ta’ contact tracing dawk kollha li jagħmlu swab test id-dar u jittestjaw pożittiv għandhom jikkuntattjaw lill-Awtoritajiet konċernati.