Futbol Sport

Draw bejn Mosta u Sirens

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Rapport ta’ Matthias Mizzi

MOSTA…………1

SIRENS……… 1

Mosta: E. Akpan, P. Mensah (B. Diarra 46’), R. Briffa (L. Tenebe 68’), C. Ememe, C. Failla, T. Farrugia, E. Acheampong, J. Vassallo, Z. Brincat (K. Johnson 62’), R. Ekani, T. Akani

Sirens: M. Grech, M. Pereira, K. Sano, R. Tachikawa, S. Cipriott (E. Arab 34’), A. Borg, A. Cini, V. De Vale, G. Ventura, D. Jackson, E. Promise (W. De Oliveira 73’)

Imwissija: T. Farrugia 10’ (MST), R. Briffa 28’ (MST), K. Sano 38’ (SIR), A. Borg (SIR)

Skorjaw: V. De Vale 11’ (PEN) (SIR), Z. Brincat 32’ (MST)

Referee: Fydor Zammit

Assistenti Referees: Edward Spiteri & Shaun Calleja

Il-Mument Plejer tal-Logħba: Matthew Grech (SIR)

BOV Plejer tal-Logħba: Christ Ememe (MST)

Wara waqfa ta’ ġimagħtejn minħabba l-impenji tat-tim nazzjonali, Mosta u Sirens irritornaw bl-impenji tagħom bi draw ta’ 1-1, biż-żewġ gowls minn dan il-konfront waslu fl-ewwel taqsima.

Mosta ħarġu mal-ewwel fuq l-offensiva fejn proprju mas-sitt minuta logħob Zachary Brincat qassam lejn Rodriguez Ekani bid-difiża għarfet timblokka x-xutt mill-viċin. Erba’ minuti wara r-referee Fydor Zammit saffar għal penalty meta d-difensur Tyrone Farrugia deher jimblokka b’idu xutt ta’ Emmanuel Promise. Mill-ħdax-il metru l-Brażiljan Vyctor De Vale tefa’ l-ballun naħa u l-goalkeeper naħa oħra. Mat-22 minuta logħob Sirens kienu viċin li jagħmluhom tnejn b’xejn meta xutt ta’ Kei San ħabat mal-mimduda u spiċċa barra. Ftit wara n-nofsiegħa Zachary Brincat għamel l-iskor indaqs b’xutt fil-baxx minn rebound.

Fi ftuħ it-tieni taqsima Mosta kellhom żewġ opportunitajiet fejn minnhom setgħu faċilment skurjaw. L-ewwel xutt ta’ Roderick Briffa għadda ferm viċin biex żewġ minuti wara Ememe ħarab minn bejn id-difiża iżda l-goalkeeper Matthew għaraf joħroġ tajjeb u mblokka x-xutt. Il-Mostin komplew żiedu fuq l-offensiva biex fil-65 minuta s-sostitut Kalu Johnson daħal tajjeb fil-kaxxa iżda ra l-konklużjoni tiegħu salvata tajjeb minn Grech. B’Sirens fjakki mill-attakki perikolużi fis-76 minuta s-sostitut Wellington De Oliveira ttanta xortih minn barra l-kaxxa bix-xutt tiegħu għadda ferm viċin. Opportunità tad-deheb għal Sirens meta ħames minuti mid-disgħin minuta De Oliveira għadda minn bejn id-difensuri ta’ Mosta, qassam lil Stephane Sessegon bil-konklużjoni tiegħu kienet waħda ċentrali.