Futbol Sport

Gudja United ikomplu bil-bidu pożittiv u jirbħu faċilment lil Sta. Lucia

(Ritratt: Joseph Galea)

Sta. Lucia jibqgħu bla punti wara ħames logħbiet

Rowen Camilleri

STA. LUCIA………..1

GUDJA U…………..3

Sta. Lucia: D. Ciappara, L. Fonseca, M. Johnson, R. Bairam (R. Saito 59’), A. Vaalport, L. Ayad (E. Camilleri 82’), D. Pacheco, D. Xuereb (L. Mckay 81’), J. Pisani (B. Agius 68’), F. Rodrigues, M. A. Alba

Gudja U: G. Zammit, J. Bolanos, A. Prates, V. Plut, J. Arthur, N. Micallef, K. Micallef (F. Zuniga 83’), J. Bezzina (M. Muchardi 68’), N. Tabone, S. Gomes (H. Vella 80’), N. Navarrete

Imwissija: M. A. Alba 24’ (Sl)

Skorjaw: V. Plut 30’, 66, A. Prates 56’ (G), F. Rodrigues 88’ (Sl)

Referee: Malcolm Spiteri

Assistenti Referees: Mitchell Scerri u Thomas Debono

Il-Mument Plejer tal-logħba: Nicolas Navarrete (Gudja United)

BOV Plejer tal-logħba: Vito Plut (Gudja United)

Gudja United komplew fejn ħallew qabel il-waqfa u żammew posthom ma’ ta’ fuq meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Sta. Lucia 3-1. Minn naħa l-oħra l-Yellows jibqgħu ankrati fl-aħħar post tal-klassifika b’ħames telfiet minn ħamsa. Gudja kellhom il-kontroll assolut tal-partita u ftit taw ċans lill-avversarji jwettqu reazzjoni bil-gowls jaslu minn dopjetta ta’ Vito Plut u gowl ieħor ta’ Andre Prates. Il-Yellows skorjaw gowl ta’ konsolazzjoni fit-88 minuta minn Francisco Rodrigues.

L-ewwel azzjoni perikoluża wasslet minn Gudja fit-18-il minuta meta kien zball tal-plejer ta’ Sta. Lucia Diego Pacheco li rregala l-ballun lil Nicolas Navarrete li wara li avvanza ra x-xutt fil-baxx tiegħu ikun milqugħ minn Ciappara. Man-nofs siegħa logħob Gudja marru minn fuq meta l-ewwel kien xutt ta’ Johann Bezzina minn barra l-kaxxa li deher faċli għal Ciappara iżda dan tal-aħħar ma ħatafx u sab lil VITO PLUT li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa. Fit-42 minuta Fonseca jitlef il-ballun fil-kaxxa tiegħu stess u jiġi għand Navarrete li prova jqabbeż minn fuq Ciappara bid-difiża tal-Yellows ittajjar il-periklu minn fuq il-linja. Din kienet l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima b’Gudja jidżlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ 1-0.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima wasslet minn Sta. Lucia meta Rodrigues qassam lejn Pacheco li venven xutt minn barra l-kaxxa b’Zammit ikollu jilqa’ b’diffikultà. Fis-56 minuta  Gudja jagħmluhom tnejn meta minn korner ta’ Johann Bezzina kien Bolanos li niżżel bir-ras lejn ANDRE PRATES li mill-viċin spara fix-xibka. Gudja skorjaw it-tielet gowl fis-66 minuta. Navarrete avvanza mal-linja u tefa’ kross preċiż lejn VITO PLUT li b’xutt mill-ewwel għeleb lil Ciappara u għaqqad dopjetta personali. Sta. Lucia skorjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni fit-87 minuta b’xutt fil-baxx ta’ FRANCESCO RODRIGUES FARIAS. Gudja għarfu jżommu da nil-vantaġġ sa tmiem il-konfront biex b’hekk kisbu r-raba’ rebħa tal-istaġun.