Lokali

Mix-xahar id-dieħel tista’ tieħu 10ċ għal kull bott u flixkun li tarmi

Sa fl-aħħar wara snin ta’ stennija mill-14 ta’ Novembru se tidħol fis-seħħ l-iskema ta’ rifużjoni tal-kontenituri tax-xorb.

Madwar il-pajjiż mistennija jkun hawn mat-320 magna hekk kif l-Aġenzija Circular Economy Malta spjegat li permezz ta’ din l-iskema l-pubbliku se jkunu jistgħu jixħtu l-kontenituri vojta fihom u jieħdu lura vawċer ta’ 10ċ fuq kull bott jew flixkun.

Ġie spjegat li l-kontenituri applikabbli huma biss dawk li jesgħu bejn 100ml u 3L, dawn jinkludu; bottijiet tal-laned tal-birra, cider jew xorb tax-xgħir, luminati bil-gass jew bla gass, kafè lest għal konsum, kontenituri li ma jaqbżux il-livell alkoħoliku ta’ 5%, kif ukoll ilma miżjud biz-zokkor jew materjali tal-ħlewwa.

Dan filwaqt li l-konsumaturi m’għandhomx jgħaffġu l-kontenituri jew ineħħulhom it-tikketti.

Mhux inklużi fl-iskema inbejjed, spirti kif ukoll juice.

Aktar informazzjoni hawn.