Lokali

“Semma’ leħnek ħalli jkollok kwalità ta’ ħajja aħjar” – Bernard Grech

Għada fil-Belt Valletta se ssir protesta nazzjonali kontra s-serqa tal-kwalita ta’ ħajjitna li tibda fit-3pm.. fejn il-Partit Nazzjonaslita qed iħeġġeġ biex kulħadd jingħaqad miegħu u jsemma’ leħnu favur kwalita ta’ ħajja aħjar.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tenna l-appell tiegħu biex kulħadd isemma’ leħnu ħalli l-Gvern ta’ Robert Abela ma jibqax għaddej romblu minn fuq il-poplu Malti u Għawdxi.

Appell simili sar ukoll mis-Segrertarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino fejn saħaq li quddiem dak kollu li bħalissa għaddej minnu pajjiżna, il-pubbliku huwa meħħeġeġ biex jingħaqad f’din il-protesta nazzjonli f’messaġġ komuni kontra s-serqa tal-kwalità tal-ħajja.