Lokali Qorti

AĠĠORNATA: Kollox jindika li l-ġuri dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia se jieħu aktar fit-tul biex jibda

Kollox jindika li l-ġuri dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galiziia se jieħu aktar fit-tul biex jibda quddiem l-Imħallef Edwina Grima, Dan wara li saħħet Alfred Degiorgio magħruf bħala “Il-Fulu” qed tiddeterjora wara li għadu għaddej bl-istrajk tal-ġuħ li beda l-ġimgħa l-oħra. Għaldaqstant huwa kellu jittieħed l-isptar b’urġenza, Alfred Degiorgio li flimkien ma’ ħuh George Degiorgio magħruf bħala “Iċ-Ċiniż” jinsab mixli bl-involviment tiegħu fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-ġuri b’rabta ma’ dan il-każ jinsab fil-qrib u jekk il-qagħda ta’ Alfred Degiorgio ma titjibx dan jista’ jiġi differit għal data oħra aktar fit-tul. Skont il-liġi, ġuri ma jistax isir jekk akkużat ma jkunx preżenti għall-proċess tiegħu. Dak dan jiġri ħafna mill-preparamenti tal-ġuri jisfumaw fix-xejn u dan għax ix-xogħol kollu dwar xhieda u prgramm ikollhom jerġgħu jibdew mill-bidu.

Wara li Alfred Degiorgio beda jirrifjuta li jiekol fil-ħabs, il-kundizzjoni fiżika tiegħu bdiet sejra lura u l-bieraħ (is-Sibt) huwa kellu jittieħed ta’ malajr l-isptar Mater Dei għall-kura, Jidher li l-kundizzjoni fiżika tiegħu kompliet sejra lura peress li huwa lanqas qed jaċċetta lanqas li jingħata d-d-drip biex il-qagħda tiegħu titjieb.

Skont il-liġi wara li jgħaddu 30 xahar minn mindu huwa jibda għaddej proċess fil-Qorti u l-ġuri jkun għadu ma sarx, akkużat bilfors irid jingħata l-libertà proviżorja. Fil-każ tal-aħwa Degiorgio il-perjodu ta’ 30 xahar jiskadu f’Aprll li ġej. Meta jsir il-ġuri tal-aħwa Degiorgio dan mistenni jieħu ta’ mill-anqas xahar minħabba n-numru kbir ta’xhieda li jridu jixhdu dwar il-każ.

Minn informazzjoni li għandu NET News, numru ta’ esperti tal-Europol li kenu issieħbu fl-investigazzjoni tal-pulizija Maltija dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia li fiha qed jieħdu sehem esperti barranin fosthom Amerikani diġà bdew il-preparamenti tagħhom biex jiġu Malta, u addirittura hemm min diġà jinsab Malta.

L-esperti barranin b’kompitenzi varji fl-investigazzjonijiet kriminali assistew lill-Pulizija Maltija f’oqsma partikulari tal-investigazzjoni. Fost il-ħafna nvestigazzjonijiet li saru dawn jinkludu testijiet fil-laboratorji forensiċi barranin biex ikun determinat it-tip tal-isplussiv li ntuża f’dan ir-reat.

L-uffiċċjali tal-Europol li għenu lill-Pulizija Maltija għandhom esperjenza kbira f’reati kriminali. Dawn iridu jixhdu fuq dak li sabu u fejn huma jispeċjaliżżaw f’analiżi tal-informazzjoni miġbura fl-investigazzjonijiet. Huwa mifhum li meta f’ġuri s-soltu jiġi nfurmati mad-90 persuna, biex minnhom jintgħażlu 12, disa’ li jiddeċiedu l-każ u tlieta li jkunu preżenti bħala riżerva, għall-ġuri tal-aħwa Degiorgio kellhom jintbagħtu madwar 300 riferta (ittra) biex fosthom jintagħżlu l-ġurati.

L-aħwa Degiorgio għamlu diversi talbiet għall-ħelsien mill-arrest li lkoll kienu miċħuda b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li kien seħħ fis-16 ta’ Ottubru 2017. Ta’ min ifakkar ukoll li ftit tax-xhur ilu George Degiorgio ammetta r-rwol tiegħu b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, f’intervista mal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters.

Is-suspetta iddeskriva l-qtil bħala “biss negozju” u żied li m’għandu l-ebda intenzjoni li jinżel waħdu għall-qtil u li kien lest isemmi persuni oħra b’rabta mal-każ. Degiorgio, flimkien ma’ ħuh, Alfred, u Vince Muscat, magħruf bħala “Il-Koħħu kienu ġew arrestati u akkużati f’Diċembru 2017 dwar il-qtil. Fi Frar tas-sena l-oħra Muscat ammetta r-rwol tiegħu fil-qtil u kien ikkundannat 15-il sena ħabs.

Mill-provi mressqa fil-Qorti, Degiorgio kien fuq id-dgħajsa tiegħu, Maya, taħt il-Qanpiena tal-Assedju l-Kbir fil-Port il-Kbir, meta ntbagħat l-SMS li wassal għall-bomba biex tieħu.

Qabel ma saret l-intervista, iż-żewġ aħwa ċaħdu l-involviment tagħhom fil-qtil tal-2017. Madankollu, waqt li tkellem mill-ħabs f’intervista li saret waqt riċerka għal podcast bit-titlu “Min qatel lil Daphne”?, Degiorgio qal lill-ġurnalist ta’ Reuters li kien jitlob €10 miljun kieku kien jaf min hi Daphne Caruana Galizia.