Futbol Sport

Ħames rebħiet minn ħames partiti għal Birkirkara

(Ritratt: Trevor Sollars)

Matthias Mizzi

BIRKIRKARA…………3

VALLETTA…………….0

Birkirkara: G. Nava, O. Iorio, E. Pepe, D. Dall’Oca, A. Da Paixao, Y. Yankam. P. Mbong, K. Zammit, C. Attard, D. Cabrera, K. Tulimieri

Valletta: A. Guarnone, E. Ruiz, J. Borg, A. Zammit, S. Dimech (O. Akpoveta 56’), E. Pena Beltre (T. Caruana 46’), S. Feed, B. Paiber, E. Sala, S. Cheveresan (J. Ngong 56’), K. Bevis

Imwissija: K. Zammit 24’ (BKR), E. Pepe 41’ (BKR), Y. Yankam 42’ (BKR), F. Kamdem 64’ (BKR)

Tkeċċa: O. Iorio 83’ (BKR)

Skorjaw: E. Pena Beltre (OG) 28’ (VLT), E. Cabrera 73’ (BKR), F. Falcone 86’ (BKR)

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: Alan Camilleri & Paul Apap

In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Paul Mbong (BKR)

BOV Plejer tal-Logħba: Killian Bevis (VLT)

Ikompli l-bidu mill-aqwa għal Birkirkara meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Valletta mingħajr wisq diffikultà biex telgħu fil-quċċata tal-klassika bl-istess punti flimkien ma’ Ħamrun Spartans. Fl-ewwel taqsima t-tim Belti ma approfittax minn diversi azzjonijiet perikolużi li swewlhom qares għall-kumplament tal-partita.

Valletta kienu l-ewwel li ħolqu periklu hekk kif mal-kwarta logħob tentattiv minn barra l-kaxxa taż-żagħżugħ Andrea Zammit għadda viċin. Ftit mumenti wara Zammit reġa’ kien perikoluż fil-kaxxa b’xutt mill-viċin li jiġi mdawwar f’corner. Ftit qabel in-nofsiegħa logħob Birkirkara fetħu l-iskor minn free-kick insidjuż ta’ Kevin Tulimieri li ġie mdawwar fix-xibka mill-plejer ta’ Valletta Pena Beltre. Għaxar minuti wara Birkirkara reġgħu ħolqu periklu fuq l-attakk f’azzjoni maħduma bejn tliet plejers iżda minn taħt il-lasta Enzo Cabrera spara għoli.

Fit-tieni taqsima Valletta ħarġu aħjar biex fit-53 minuta Kilian Bevis qassam lejn Andrea Zammit bil-konklużjoni tiegħu spiċċat fuq wara tax-xibka. Fit-73 minuta l-Karkariżi rdoppjaw l-iskor meta Osvaldo Iorio xeħet lejn il-kaxxa ż-żgħira b’Enzo Cabrera jifflikkja għal ġewwa. Għaxar minuti wara Birkirkara sfaw jilagħbu bi plejer inqas meta Osvaldo Iorio dabbar it-tieni karta safra wara li deher imiss il-ballun b’idu. Tliet minuti wara din it-tkeċċija Birkirkara ssiġillaw ir-rebħa bit-tielet gowl meta s-sostitut u ex-plejer ta’ Valletta Federico Falcone spara xutt b’saħħtu fis-saqaf tax-xibka minn kontrattakk veloċi.