Futbol Sport

Hibernians jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: Trevor Sollars)

Matthias Mizzi

BALZAN………….0

HIBERNIANS…..2

Balzan: R. Briffa, I. Bozovic, M. Grima (M. Nogureira 62’), B. Mladenovic (B. Kaljevic 46’), P. Fenech, Y. Torres, B. Hili (S. Arab 46’), U. Lljubomirac (N. Braunovic 74’), M. Zlatkovic, A. Satariano (A. Bradshaw 83’), M. Raso

Hibernians: J. Haber, F. Apap, J. Grech, J. Degabriele, B. Kristensen (A. Agius 74’), D. Vella, Z. Grech (T. Aldama 81’), J. Zerafa (G. Artiles 61’) , O. Muritala (J. Riveiro 74’), A. Diakite, R. Soares

Imwissija: A. Diakate (HIB), J. Zerafa (HIB), A. Torres (HIB), M. Zlatkovic (BLZ) F. Apap (HIB), S. Arab (BLZ)

Skorjaw: J. Degabriele 14’, 17′

Referee: Darryl Agius

Assistenti Referees: Duncan Sultana & Kurt Saliba

Il-Mument Plejer tal-Logħba: Jurgen Degabriele (HIB)

BOV Plejer tal-Logħba: Jurgen Degabriele (HIB)

Wara d-disfatta tal-aħħar telfa kontra Gżira United, Hibernians irritornaw għar-rebħ b’doppjetta ta’ Jurgen Degabriele kmieni fil-partita. Min-naħa l-oħra Balzan sabuha diffiċli f’dan il-konfront tant li ftit li xejn kienu perikolużi lejn il-lasti.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fis-seba’ minuta meta xutt ta’ Jake Grech ġie mdawwar f’corner minn Rudy Briffa. Hibernians mill-bidu dehru għatxana għall-gowl kmieni tant li fl-erbatax-il minuta Jurgen Degabriele żblokka l-iskor b’xutt faċli mill-kaxxa ż-żgħira wara li Bjorn Kristensen għadda lejh lura b’daqqa ta’ ras. Tliet minuti biss wara Degabriele għaqqad id-doppjetta personali minn free-kick imġenneb, liema xutt baqa’ dieħel bil-mod minn bejn id-difiża u għeleb lill-eks goalkeeper Pawlist Rudy Briffa.

Wara din l-azzjoni l-andament tal-partita kien wieħed kalm miż-żewġ naħat. Minkejja dan fit-tieni taqsima Balzan irreaġixxew tajjeb biex fil-51 minuta xutt mill-plejer internazzjonali Malti Alex Satariano kien ta’ periklu għal Haber. Hibernians wieġbu fit-68 minuta meta Jake Grech għadda kross lejn Jurgen Degabriele li baqa’ għaddej minn bejn id-difiża iżda x-xutt tiegħu jiġi salvat tajjeb minn Briffa. It-tim immexxi mill-kowċ Taljan Andrea Pisanu komplew jiddettaw il-partita tant li minuta wara free-kick b’saħħtu ta’ Jake Grech għadda viċin il-lasta. Fl-aħħar ħinijiet tal-partita Balzan ma tantx kienu ta’ periklu għad-difiża Pawlista biex finalment huma rnexxielhom jakkwistaw tliet punti importanti li jtellgħuhom aktar ‘il fuq fil-klassifika.