Raġel Ingliż ingħata kumpens ta’ kważi €6,000 wara li waqgħu 13-il mejda fuq saqajh waqt li kien qed jagħmel xogħlu.
Il-każ seħħ fl-2017 fejn dawn l-imwejjed kienu kunsinja minn Malta għal restorant f’Għawdex. L-Imħallef Toni Abela qal li Anthony Field ipprova jniżżel l-imwejjed fuq it-trolley provdut mill-klijent li mbagħad għeleb għal fuqu bl-imwejjed b’kollox li b’konsegwenza għaffġulu siequ.
Field ittieħed l-isptar Ġenerali t’Għawdex u minn hemm kien trasferit lejn l-Isptar Mater Dei fejn sarulu diversi operazzjonijiet f’siequ.
Intant, l-Imħallef Abela ta 70% tat-tort tal-inċident lil Field u t-30% l-oħra lill-kumpanija u wara li kkunsidra li sofra 20% diżabilità permanenti ordnalha tagħtih kwazi €6,000 f’kumpens.
//= $special ?>