Lokali

Jinstabu 38 persuna li kienu qed jgħixu Malta b’mod irregolari

Dalgħodu f’San Pawl l-Baħar u f’Buġibba, instabu 38 persuna li kienu qed jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari. Dan wara li saru spezzjonijiet miIl-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni.

Dawn il-persuni, li huma mill-Pakistan, mis-Sirja, mill-Afganistan u mill-Ghana ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li dawn l-ispezzjonijiet se jissoktaw fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.