“Biż-żieda fil-prezzijiet li qed nesperjenzaw bħalissa f’pajjiżna mhux qed nifilħu nħallsu għall-kura tas-saħħa mentali.”
Sostnew dan ma’ Net News numru ta’ persuni li spjegaw kif qed ikollhom jagħżlu bejn xirja ikel biex iqiegħdu platt sħun fuq il-mejda għal uliedhom jew biex iħallsu għas-servizzi tal-kura mentali li għandhom bżonn.
Sondaġġ xjentifiku mwettaq mill-gazzetta Illum wera kif 65% tan-nies li għaddew jew għaddejjin minn sfidi ta’ saħħa mentali spjegaw li ma’ jistgħux iħallsu għal servizzi ta’ kura minħabba l-prezzijiet esaġerati, servizzi li jvarjaw minn psikjatri, psikologi kif ukoll mediċina.
Dan filwaqt aktar minn 46% tal-parteċipanti jemmnu li hemm bżonn titjib fl-aċċess għas-servizzi tas-saħħa mentali.
Dan l-istudju qal ukoll li l-aktar li qalu li ma jaffordjawx servizzi relatati ma’ saħħa mentali huma dawk l-individwi li għandhom aktar minn 51 sena iżda dawk kollha li għandhom aktar minn 65 sena jużaw l-aktar is-servizzi tal-Gvern u mhux dawk tal-privat.
Intant is-sondaġġ ikompli juri li l-użu tas-servizzi mingħand il-privat huwa ta’ aktar minn 73% fost iż-żgħażagħ hekk kif ftit inqas minn 18% biss ikunu li jagħmlu użu mis-servizzi provduti mill-Gvern.
//= $special ?>