Lokali

Mara tweġġa’ f’inċident fl-Imsida

Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident li seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7.30 fi Triq Mikiel Anton Vassalli fl-Imsida.

Jidher li l-mara li kienet qed issuq vettura tal-għamla Renault, tilfet il-kontroll tal-karozza bil-konsegwenza li baqgħet dieħla f’arblu.

Immedjatament fuq il-post waslu l-pulizija kif ukoll tim mediku li assita lill-vittma. Aktar tard il-mara ttieħded l-Isptar Mater Dei għall-kura bil-kundizzjoni tiegħha għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratti: Joe Francalanza