Futbol Sport

National Amateur League: Pembroke A jieħdu ftit nifs b’rebħa fuq Xgħajra T

Grupp A:

Xgħajra Tornados 1-3 Pembroke Athleta

Wara serje ta’ telf bi skor kbir, jaslu l-ewwel tliet punti għal Pembroke Athleta meta s-Sibt fis-Sirens Stadium għelbu lil Xgħajra Tornados 3-1.

Pembroke fetħu l-iskor fit-32 minuta minn gowl ta’ Xylon Marmara biex seba’ minuti wara kien Weverton Gomes li minn penalty skorja t-tieni gowl gaħt-tim ta’ Vince Cabonaro bl-ewwel taqsima tintemm 2-0 għal Pembroke.

Fit-tieni taqsima Xgħajra daħlu lura fil-partita meta Jeremy Aquilina tefa’ fix-xibka ta’ sieħbu stess Brylon Tabone iżda l-isforzi tat-Tornados kienu kollha għalxejn tant li fis-77 minuta Pembroke issiġillaw ir-rebħa b’gowl ta’ Gareth Buttigieg.

Senglea 0-0 Kalkara

Senglea Athletic baqgħu fl-ewwel post momentarjament bi 13-il punt meta fil-Luxol Stadium spiċċaw fi draw ta’ 0-0 kontra Kalkara United. Minn naħa l-oħra Kalkara baqgħu fir-raba’ post ta’Grupp A b’7 punti minn ħames logħbiet.

Grupp B:

Msida St. Joseph 1-0 Kirkop United

Msida SJ għelbu lil Kirkop U 1-0 biex telgħu fit-tieni post ta’ Grupp B b’7 punti, punt taħt Rabat A li iżda jilgħabu llum kontra Gargħur. L-uniku gowl tal-partita kien skorjat mill-plejer ta’ esperjenza Jean Pierre Mifsud Triganza.