Futbol Sport

Rebħa komda għal Gżira United kontra Pietà Hotspurs

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Rowen Camilleri

GŻIRA U………..4

PIETÀ H…………0

Gżira U: D. Cassar (K. Zammit 85’), G. Boher, N. Muscat, S. Pisani (M. Alouzi 85’), Z. Scerri (A. Borg 67’) ( , L. Riascos, T. Kolega, R. Correa (C. Cauci 67’), M. Cosic, M. Maia, J. De Assis (B. Borg 67’)

Pietà H: S. Alampasu, S. Ohoh, S. Mizzi, J. Ghio (L. Gatt 83’), A. Latif (Y. Morita 69’), A. S. Wismayer, Z. Leonardi, A. Ogungbe, A. Camara (G. Xuereb 83’), A. Belibi (P. Lapira 75’), T. Yamaguchi (K. Briffa 83’)

Imwissija: G. Boher 13’, Z. Scerri 24’, N. Muscat 39’, A. Borg 75’ (G), A. Camara 39’, A. S. Wismayer 62’ (P)

Skorjaw: J. De Assis 3’, M. Maia 52’, 70’, OG S. Mizzi 63’ (G)

Referee: D. Portelli

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Mark Ciantar

BOV Plejer tal-Logħba: Jefferson De Assis (Gżira United)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Toni Kollega (Gżira United)

Wara biss tliet minuti Gżira United fetħu l-iskor meta l-kroos ta’ Toni Kolega sab lil JEFFERSON DE ASSIS li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Alampasu. Fis-26 minuta Gżira reġgħu kienu perikolużi meta għal darb’oħra kien Kolega li mil-lemin ta’ pass lil Steve Pisani li prova xutt mill-ewwel indirizzat lejn il-lasta iżda kien blukkat minn Sheldon Mizzi u eventwalment imtajjar mid-difiża. Fit-32 minuta il-Maroons reġgħu fuq l-attakk minn azzjoni mibdija minn Maia li għadda lejn Pisani b’dan tal-aħħar jitfa kross lejn Jefferson li b’mod akrobatiku ra l-konklużjoni tiegħu tmur għoli. L-ewwel taqsima ntemmet 1-0 għall-Maroons.

It-tieni taqsima bdiet ħażin għal Pietà li fit-52 minuta sofrew it-tieni gowl. Kien Correa Duarte li għadda ballun lejn MAUELL MAIA li għalkemm kien issikkat mill-captain Samuel Okoh baqa jinsisti u minn quddiem Alampasu tefa’ fix-xibka.

Mas-siegħa logħob Pietà marru viċin meta minn azzjoni personali Jake Ghio prova xutt sabiħ minn bara l-kaxxa li Cassar kellu jdawwar f’korner. Tliet minuti wara Għira għamluhom tlieta. Kien free kick mogħti minn Steve Pisani u f’tentattiv li jtajjar il-periklu Sheldon Mizzi tefa’ l-ballun fix-xibka ta’ Pietà. Gżira kienu għadhom mhux kuntenti u fis-70 minuta minn azzjoni personali kien MAXUELL MAIA li b’xutt mill-isbaħ tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka biex għaqqad dopjetta personali. L-iskor sa tmiem il-partita baqa’ ma nbidilx bi Gżira jiksbu t-tielet rebħa filwaqt li għal Pietà din kienet il-ħames telfa minn daqstant partiti.