Lokali Qorti

Sabulu d-droga u jixtieq imur lura pajjiżu

Eritrejan ta’ 25 sena nżamm arrestat wara li nqabad mill-Pulizija bid-droga.

Huwa kien arrestat is-Sibt filgħodu f’San Ġiljan wara li nstab bil-kokaina fuqu kif ukoll instab li kellu arma li taqta u bil-ponta. Waqt is-seduta r-raġel esprima x-xewqa li jixtieq imur lura lejn pajjiżu.

Il-Maġistrat Gabriella Vella ordnat li l-Eritrejan jinżamm arrestat sakemm tingħatlu is-sentenza nhar it-Tlieta li ġej.