Formula 1 Sport

Sergio Perez jirbaħ il-Grand Prix f’ Singapore

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Red Bull, Sergio Perez huwa r- rebbieħ tal-Grand Prix f’Singapore hekk kif irnexxielu jegħleb lis-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc f’tellieqa mimlija inċidenti fit-trakka umda ta’ Singapore. Perez spiċċa fl-ewwel post bil-ħin ta’ 2:02:20.238, Leclerc temm it-tellieqa fit-tieni post b’distakk ta’ 2.595 sekondi. Carlos Sainz ta’ Ferrari spiċċa fit-tielet post u b’hekk is-sewwieq Spanjol huwa l-aħħar sewwieq li jsib postu fuq il-podium.

Is-sewwieqa ta’ McLaren Lando Norris u Daniel Riccardo kienu s-sewwieq li temmew fir-raba’ u l-ħames post rispettivament. Lance Stroll ta’ Aston Martin kien is-sewwieq li spiċċa it-tellieqa fis-sitt post. Iċ-Ċampjin kurrenti Max Verstappen kellhu tellieqa mhux tas-soltu hekk kif temm it-tellieqa fis-seba’ post. Sebastian Vettel ta’ Aston Martin u Lewis Hamilton ta’ Mercedes kienu dawk is-sewwieqa li temmew fit-tmien u disa’ post. Pierre Gasly ta’ AlphaTauri huwa l-aħħar sewwieq li jagħmel parti minn l-ewwel għaxra.

Yuki Tsunoda ta’ AlphaTauri, Esteban Ocon ta’ Alpine, Alexander Albon ta’ Williams, Fernando Alonso ta’ Alpine, Nicholas Latifi ta’ Williams u Zhou Guanyu ta’ Alfa Romeo kienu s-sewwieqa li ma temmewx it-tellieqa.