Futbol Sport

Serie A: Chris Smalling jagħti rebħa lil Roma f’San Siro

(Ritratt: EPA)

Inter 1-2 Roma

F’San Siro Roma dawwru telfa f’rebħa kontra Inter biex rebħulhom 2-1. Fil-11-il minuta Inter setgħu marru fil-vantaġġ meta l-gowl ta’ Edin Dzeko ma kienx ikkonvalidat wara konsultazzjoni mal-VAR. Madanakollu huma fetħu l-iskor fit-30 minuta meta Nicolo Barella għadda lejn Federico Dimarco li xeħet fix-xibka. Minkejja dan 10 minuti wara Paolo Dybala kiseb id-draw għal Roma. It-tim immexxi minn Jose Mourinho baqa jinsisti u fil-75 minuta kien id-difensur Ingliż Chris Smalling li kkonkluda fix-xibka u ta’ rebħa lil Roma.

Napoli 3-1 Torino

Fi Stadio Diego Maradona Napoli telgħu fil-quċċata tal-klassifika b’rebħa ta’ 3-1 fuq Torino. Andre-Frank Zambo fetaħ l-iskor b’daqqa ta’ ras fis-6 minuta bl-istess plejer jirdoppja fit-12-il minuta għal 2-0. Il-Ġorġjan Khvicha Kvaratskhelia għamilhom tlieta fis-37 minuta u prattikament għalaq il-partita. Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima kien Antonio Sanabria li skorjaw l-gowl ta’ konsolazzjoni għal Torino, b’Ivan Juric jitkeċċa għalihom fl-74 minuta.

Khvicha Kvaratskhelia jiskorja t-tielet gowl ta’ Napoli (Ritratt: EPA)

Empoli 1-3 Milan

Tmiem spettakolari fi Stadio Carlo Castellani hekk kif fil-ħin miżjud saru xejn inqas minn tliet gowls bit-tliet punti jmorru għand Milan li rebħu lil Empoli 3-1 barra minn darhom. Kienu r-Rossoneri li fetħu l-iskor fid-79 minuta permezz ta’ Ante Rebic li tefa’ ġewwa minn pass ta’ Leao, gowl li deher li se jkun l-uniku wieħed hekk kif sad-disgħin minuta l-iskor baqa’ dak ta’ 1-0. Empoli iżda ma qatgħux qalbhom fuq fit-tieni miuta tal-ħin miżjud ġabu l-gowl tad-draw minn free kick stupend ta’ Nedim Bajrami.

Il-partita kien għand jonqosa x’toffri u minuta wara Milan reġgħu marru minn fuq meta Krunic bir-ras provda assist lil Ballo-Toure li minn quddiem Vicario ma żbaljax biex tefa’ lit-tim ta’ Pioli għal darb’oħra minn fuq. B’Empoli jerġgħu jitfgħu kollox fuq l-offensiva, kontrattakk veloċi ta’ Milan b’Rebic jagħti l-quddiem lejna Rafael Leao li b’ġirja minn nofs pitch qata’ lid-difiża ta’ Empoli u malli daħal fil-kaxxa qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper għal skor finali ta’ Empoli 1 Milan 3.

Rafael Leao jissiġilla r-rebħa ta’ Milan kontra Empoli fis-96 minuta (Ritratt: EPA)

Illum:

12:30 – Lazio vs Spezia

15:00 – Lecce vs Cremonese

15:00 – Sampdoria vs Monza

15:00 – Sassuolo vs Salernitana

18:00 – Atalanta vs Fiorentina

20:45 – Juventus vs Bologna