Sport Sport Ieħor

Sparar: Anglu Ciappara jikseb riżultati tajbin fil-Kampjoanti Ewropej tal-Para Trap

Anglu Ciappara ħa sehem fl-ewwel Kampjonati Ewropej tal-Para Trap li saru fil-Concaverde Shooting Range f’Lonato del Garda, l-Italja.

F’dawn il-kampjonati ħadu sehem total ta’ 45 atleta minn 17-il pajjiż mill-Ewropa fi tliet kategoriji differenti.

Ciappara ħa sehem fil-PT2 Event Class SG-L u fl-ewwel ġurnata mar tajjeb ħafna hekk kif spiċċa fit-tieni post overall b’punteġġ ta’ 67/75. Fit-tieni ġurnata Ciappara ma laħaqx il-potenzjal tiegħu hekk kif laqat 39 minn 50 target. Huwa kien sfortunat li m’għamiliex għall-fażi ta’ wara għal target waħda biss b’punteġġ totali ta’ 106/125.

Ir-rebbieħ tad-Deheb f’din il-kategorija kien Filip Marinov tal-Islovakkja bit-Taljani Fabrizio Cormons u Giorgio Fazzari jieħdu l-Fidda u Bronż rispettivament