Sport Sport Ieħor

Tibda l-25 sena ta’ SPORT EXTRA fuq Net Television

Illum jingħata bidu għal sena oħra ta’ Sport Extra. L-edizzjoni 2022-2023 se tkun il-25 sena ta’ programm li żamm kostanti l-appuntament tad-dilettanti tal-isport fuq Net Television. Edizzjoni oħra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli fejn jekk wieħed janalizza l-24 sena ta’ Sport Extra li saru, dan ifisser li saru xejn anqas minn 816 programm, 450 siegħa ta’ trasmissjoni fuq Net TV, 45 dixxiplina tal-isport differenti, aktar minn 1600 intervista ma atleti, ufficjali u amministraturi tal-isport f’pajjiżna u xejn anqas minn madwar 500 atleta jew ufficjal fix-xena internazzjonali fosthom champions tad-dinja u rebbieħa f’Olimpijadi.

Fl-ewwel programm li se jixxandar illum mill-5.15 pm ‘il quddiem fl-ewwel parti t-tema se tkun il-Kumitat Olimpiku Malti u dak li seħħ matul l-2022 u l-impenn ewlieni fl-2023 bl-edizzjoni ta’ Malta2023 Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa. Mistiedna Charlene Attard – Direttur tal-Isport tal-KOM u Kevin Azzopardi – Segretarju Ġenerali tal-KOM.

Fit-tieni parti tal-programm, intervista esklussiva ma wieħed atleti Paralimpici ta’ kull żmien Jason Smyth tal-Irlanda, rebbieħ ta’ sitt midalji Paralimpici u tmien Kampjonati tad-Dinja .

Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Liam Briffa u Joe Sultana.