Lokali Qorti

Bżonn ta’ bidla totali b’żieda ta’ ġudikanti u binjiet adegwati għal Malta u Għawdex – Il-Prim Imħallef

Ix-xogħol fil-Qrati qed jiżdied fejn mhux biss hemm il-ħtieġa ta’ aktar ġudikanti imma wkoll bidla fil-binjiet u l-istrutturi. Kawżi fejn jidħlu vjolneza domestika u ħasil ta’ flus qegħdin jiżdiedu bil-bosta. Il-Qorti kemm f’Malta u f’Għawdex saru żgħar għal volum ta’ xogħol li dieħel. Il-problema ta’ nuqqas ta’ spazju mhijiex biexx għall-ġudikanti, imma wkoll għal dawk li jattednu l-Qorti fejn lanqas biss isibu fejn joqgħodu bilqegħda wara li jagmlu ħin twil jistennew.

Il-Prim Imħallef Mark Chetuci tkellem fit-tul dwar il-problemi kbar li jesistu fil-Qorti fil-ftuħ tas-sena Forensi li rritornat għan-normalita tagħha wara sentejn bil-miżuri tal-pandemija. Fil-preżenza tal-President ta’ Malta George Vella, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappeżentanti Anġlu Farrugia, l-Ministru tal-Ġuistizzja Jonathan Attard, l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u x-Shadow Minister tal-Ġustizzja Karol Aquilina, l-Prim Imħallef tkellem ukoll dwar l-importanza ta’ nies ta’ kwalitità li għandhom jiġu ngaġġati fil-Qorti.

Huwa tkellem dwar l-isfidi kbar li jeżistu fosthom fil-qasam teknoloġiku, u fil-formulazzjoni, amministrazzjoni u implimentazzjoni tal-liġijiet tal-pajjiż. Qal li ma kull ġurnata li tgaħddi l-ferità dejjem tikber, għax bil-kliem sabiħ u proponimenti fir-ramel żgur li mhux se tfiq. L-akbar ferita li tweġġa’ ħafna hijna d-dewmien mhux raġonevoli fil-proċeduri quddiem il_Qrati.

Il-Prim Imaħħlef qal li miżura neċċessarja u indispensabbli hija n-nomina tal-mill-anqas żewġ Maġistrati oħra, wieħed biex tissaħħaħ is-sezzjoni fil-kawżi ta’ vjolenza domestika fejn minnhom dawn qed jidħlu mal-elf kawża fis-sena, li qed jagħmilha impossibbli li l-Maġistrat tismagħhom kollha u tiddeċiedi fi żmien raġonevili.

Tenna li l-problema tal-vjolenza domestika dejjem qed tikber, kif l-istess qed jiġri fil-kawżi dwar ħasil ta’ flus fejn żewġ Maġistrati li qed jisimgħu dawn il-kawżi mhuwiex biżżejjed u mingħajr dubju qed ibibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-volum. Għalhekk hemm bżonn ta’ Maġistrat ieħor biex igħinhom.

Il-kelliem qal li hemm bżonn urġenti ta’ żewġ Maġistrati oħra għal volum kbir ta’ kawżi kriminali dwar drogo sommarji, kolliżjonijiert u enforzar ta’ varji liġijiet bħal dawk tas-sanità, kaċċa, vjolazzjoni ambjentali, li minn natura tagħhom iridu jinqatgħu fi żmien qasir.

Il-Prim Imħallef qal li hemm miżuri li huma faċli biex wieħed jimplimenta fejn hemm problema fl-appelli ċivili bil-proċedura l-antika fejn għad baqa ‘backlog’ ta’ madwar 800 appell. Tenna li żieda ta’ żewġ Imħallfin oħra fil-Qorti tal-Appell mhumiex se jżidu xi piċ fuq l-amministrazzjoni

Tenna li miżura oħra li tista’ ttaffi mid-dewmien bla bżonn ta’ kawżi, fil-proċeduri kollha quddiem il-Qrati huwa l-mod kif isiru n-notifiki tal-atti. Il-proċedura li ilha teżisti għal snin twal ħafna tinvolvi ħafna xogħol manwali b’diversi ħaddiema jiġru l-hawn u l-hinn bl-atti ma jsibux lid-destinatarju għal diversi raġiunijiet.

L-ispazju fil-Qrati

“L-ispazju fil-Qrati tagħna hu li hu u maż-żmien il-binja preżenti m’għadhiex suffiċjenti għall-bżonnijiet tas-sistema ġiudizzjarja. L-amministrazzjoni qed tipprova ssiv spazju fil-binja tal-Qorti stess biex iddawarhom f’awli u dan fost miżuri oħra billi jsiru mezzanini fl-ispazji miftuħa tal-Qorti billi s-soqfa huma għoljin.

“Dan huwa kollu ta’ fejnda pero għalija mhix soluzzjoni permanenti. Apparti li tneżża l-binja preżenti mil-fattizzi artkittetoniċi tagħha, iż-żieda tal-awli mingħajr ma żżid l-aċċess għall-awli mhux se ssolvi l-problemi għal tul ta’ snin. Dan qed inaqqas l-ispazju għal kull min jattendi l-Qorti fejn is-servizzi għalihom mhumiex adegwati. Lanqas ma jeżisti servizz fejn wieħed jitrejjaq fil-Qorti, bħal kif hemm l-isptar Mater Dei,” qal il-Prim Imħallef.

Huwa kompla jgħid li t-triq il-quddiem hija li ċertu oqsma jsiru speċjaliżżati u qal li l-Gvern għandu jsib il-mezzi biex isib binjiet fil-Belt jew fil-madwar biex ċerti kompetenzi ta’ Qrati jitilqu mill-binja prinċipali. Bħala eżempju qal li l-Qorti tal-Kummerċ u bil-Qorti Kriminali tibbenifika u sabiex jinħoloq aktar spazji fir-reġistru tal-Qorti u li jkun hemm sigrieti (uffiċċini) deċenti għall-istess Imħallfin.

Semma wkoll in-nuqqas ta’ spazu biex isiru l-ġurijiet fejn hemm numru sew li għadhom pendenti u li fost il-problemi li diffiċli li jsir aktar minn ġuri wieħed fl-istess ħin u dan minħabba nuqqas ukoll ta’ spazju. Tenna li Qorti oħra li jenħtieġilha spazju mhux żgħir hi l-Qorti tal-Familja li minkejja li bħalissa qed isservi l-funzjonijiet tagħha f’binja wara l-Qorti prinċipali, hija żgħira wisq biex takkomda l-awli u agħar minn hekk nies li jiffrekwentaw l-istess Qorti.

Huwa jemmen li l-Qorti tal-Familja għandha tkun mgħammra biex fiha jinstemgħu l-kawżi ta’ vjolenza domestika. Tenna wkoll li mhux sew għal persuni fosthom tfal li minħabba nuqqas ta’ spazju, wħud jkollhom jistennew barra sakemm imiss biex tibda l-kawża tagħhom. Wieħed irid japprezza li f’dawn l-aħħar 10 snin, il-popolazzjoni kważi rduppjat u dan bilfors iwassal għal volum ikbar ta’ kawżi meta n-numr ta’ ġudkanti baqa’ tista’ tgħid l-istess kif kien 10 snin ilu.

Studju approfondit dwar ix-xogħol tal-ġudikatura

Il-Prim Imħallef Chetcuti tkellem ukoll dwar il-ħtieġa li jsir studju approfrondit tax-xogħol tal-ġudikatura kollha kemm li jirrigwardja għax-xogħol assenjat kif ukoll il-piż li jġorr tali xogħol. Mhux il-kawżi kollha huma tal-istess natura u ebda statistika ma ssemmi x-xogħol kollu li jsir mill-ġudikanti fosthom kemm jittieħed ħin biex jiġi sttudjat il-każ u biex tingħata s-sentenza.

Dwar il-Qorti ta’ Għawdex din ukoll ilha tibki għal binja ġdida u s-sit preżenti huwa antik wisq u mbux addattat għaż-żminijiet tal-lum. Dan kollu jaqa’ fuq l-amministrazzjoni tal-pajjiż li għandha tinstan soluzzjoni. Qal ukoll li wasal iż-żmien kif qed jiġri f’pajjiżi oħra biex l-istudenti tal-liġi jingħataw aktar għarfien ta’ dak li jseħħ fil-Qorti u li hija ħasra li numru kbir minnhom mhumex jagħżlu li jaġdmu fil-Qorti.

Qal li kif qed isir f’pajjiżi oħra hemm bżonn li ssir prattika dwar ix-xogħol tal-ġudikanti fl-istudju tal-liġi u li jkun hemm aktar iffukar fuq liema speċjaliżżazjoni skont il-liġi l-istudenti jridu jidħlu. Il-Prim Imħallef qal ukoll li ma hemm l-ebda distinzjoni bejn l-Imħallfin u l-Maġistrati, b’dawn ta’ l-aħħar m’għandhom xejn anqas mill-ġudikanti Imħallfin.

L-Istat tal-Professjoni u Regolamentazzjoni tal-avukatiStephen Tonna Lowell – Viċi President Kamra tal-Avukati

Il-Viċi tal-President tal-Kamra tal-Avukati Stephen Tonna Lowell li għamel id-diskors tiegħu minflok il-President tal-Kamra l-Avukat Louis Degabriele li kien indispost qal li saret prassi li l-Kamra tilmenta fuq n-nuqqas ta’ regolamentazzjoni serja tal-professjoni tal-Avukati.

Tenna li filwaqt li t-tobba, psikjatri, nutara, periti, inġiniera, accountants u għalliema huma regolati bil-liġi, l-Avukati le. Tonna Lowell qal li struttura regolamentarja serja tal-professjoni tal-avukati hija mhux biss fl-interess tagħhom, hija wkoll fl-interess tal-pubbliku.

Saħaq li din mhijiex xi forma ta’ privilieġġ għall-membri tal-Kamra tal-Avukati u għalhekk hemm bżonn qafas legali u serju. In-numru tal-membri tal-professjoni legali qiegħed jiżdied b’mod qawwi u drammatilku fejn il-membri bil-warrant issa jgħoddu għal aktar minn 2,500.

Tonna Lowell semma wkoll il-fatt li l-Qrati Kostituzzjonali illum qedd jiffaċċaw numru ta’ kawżi minħabba leżjinijiet tad-drittijiet fondamentali relatati mal-impożizzjonijiet ta’ multi sostanzjali minn Regolaturi bħal ma huma l-FIAU u l-MFSA. U l-Qrati Kostituzzjonali qed isibu ruħhom kostretti mhux biss jiddikjaraw li tkun seħħet leżjoni, kmma li jagħtu rimedju wara eżami tekniku ta’ x’għandu jkun il-quantum korrett tal-multa fil-każ relattiv.

Ma hemm l-ebda dubju li dan qed ikun ta’ piż addizzjonali għal dawn il-Qrati li huma diġa mgħobbija b’divers kawżi oħra ta’ mportanza konsiderevoli bħalma jkunu l-kawżi kollha fejn tkun qed tiġi allegata leżjoni tad-drittijiet fundamentali ta’ persuna.

Dawn ir-Regolaturi, bħalma jiġri f’diversi pajjiżi oħra, jikkonduċu spezzjonijiet u investigazzjonijiet fuq persuni suġġetti u mbgaħad jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom dwar ħtija. Huwa dibattibbli kemm dan jikkonforma mal-prinċipju tal-ġustizzja naturali.

Proċedura tal-kumpilazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Maġistrati

Tonna Loweel tkellem dwar id-dibattitu tal-aħħar snin dwar is-sistema ta’ kumpilazzjonijiet f’Malta li żdied b’mod sostanzjali. Sistema introdotta kważi 200 sena ilu, tattira ħafna kummenti differenti. Qal li hija proċedura neċċessarja għal min irid juża s-sistema mhux bl-intenzjoni li jtawwal il-proċeduri kriminali inutilment.

Din hija sistema li tul is-snin ħadmet u pproduċiert riżultati tajbin. L-isforzi dwar dan iżda jiġu ndirizzati lejx xi diffetti li hemm fis-sistema. Qal li l-proċess joqgħod ġej u sejjer għand l-Avukat Ġenerali huwa kollu ħela ta’ ħin u aktar u aktar wara li issa fil-kumpilazzjonijiet l-aktar importanti, dawn qed jitmexxew mill-Avukati mill-Uffiċċju tal-AĠ.

Dan ifisser li l-bżonn tas-sistema fuq il-proċessi mhux biss m’għadux neċċessarju li jispiċċa ġej u sejjer għand l-AĠ, iżda huwa kontro-produċenti għat-tħaddim tas-sistema. Għaldaqtant dan il-pass jekk jittieħed għandu jnaqqas il-ħela ta’ż ħin.