Futbol Sport

BOV Challenge League: Rebħa faċli għal Naxxar

(Ritratt: Naxxar Lions)

Rapport ta’ Chris Cassar

NAXXAR L. …………………2

QRENDI ……………………..0

Naxxar L: Y. Cini, K. Farrugia, M. Fenech, N. Pace Cocks, J. Suda, E. Ferreira, R. Cassar, J. Bajada, J. Azzopardi, R. Blandon, A. Marshall.

Qrendi: R. Vella, P. Gusso, S. Gauci, C. Mercieca, M. Camilleri, M. Vella, K. Theuma, J. Azzopardi, N. Cope, H. De Souza Maciel, C. Antunes.

Referee: Daniel Casha

Naxxar Lions kisbu rebħa faċli kontra Qrendi f’logħba li l-Lions iddominaw mill-biu sat-tmiem. Kienet logħba li ftit iġġenerat interess b’tim wieħed fil-grawnd, dak Naxxari, filwaqt li Qrendi ikkonfermaw id-diffikultajiet kollha tagħhom hemm kif għadhom ifittxu l-ewwel rebħa wara ħames logħbiet.

Naxxar iddominaw għal kollox l-ewwel taqsima fejn Qrendi qatt ma ħarġu mill-qoxra difensiva tagħhom. Naxxar attakkaw bla heda u kellhom diversi ċansijiet ta’ skor, fejn l-iskor seta’ kien ferm ikbar miż-żewġ gowls skorjati fl-ewwel taqsima.

Il-gowl tal-vantaġġ Naxxar wasal fl-14-il minuta meta minn kross mil-lemin kien hemm il-ħarġa difettuża tal-goalkeeper Vella u daħal tajjeb bir-ras Erikys Ferreira u sab ix-xibka. Wara diversi tentattivi oħra Naxar kienu xi ftit fortunati fl-azzjoni tat-tieni gowl li wasal fl-34 minuta meta Blandon daħal tajjeb fil-kaxxa iżda x-xutt finali tiegħu destinat għal barra ħabat ma’ Theuma u spiċċa fix-xibka.

Fit-tieni taqsima l-andament tal-logħba ma nbidilx bin-Naxxarin b’kontroll assolut tal-logħba u bi Qrendi li qatt ma daħlu fil-logħba.