Lokali Mużika

Gaia Gambuzza tirbaħ il-Malta Junior Eurovision Song Contest

Gaia Gambuzza bil-kanzunetta ‘Diamonds in the skies’ se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna fil-Junior Eurovision Song Contests li se jsir fil-11 ta’ Diċembru fl-Armenja. Dan hekk kif il-Ħadd filgħaxija hija rebħet l-Malta Junior Eurovision Song Contest.

Fit-tieni post ġiet Andrea Camilleri bil-kanzunetta ‘Spark’ filwaqt li fit-tielet post klassifikat il-kanzunetta ‘Bounce’ tal-kantanta Emma Kate Formosa.

Is-serata kienet ippreżentata minn Ryan Borg u Josmaw u s-sittax-il kantant waslu l-kanzunetti tagħhom quddiem erba’ membri tal-ġurija li kienet magħmula minn Mary Rose Mallia, Debbie Scerri, Ludwig Galea u Roderick Azzopardi Custo, filwaqt li 25% tal-voti waslu mill-pubbliku permezz tat-televoting.