Lokali Parlament

Il-Gvern obbligat jispjega dwar it-tifla li tħalliet tmut bil-għatx u r-rapporti ta’ korruzzjoni fil-flyovers tal-Marsa

– Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami sostna fil-parlament li l-Gvern obbligat jispjega dwar it-tifla li tħalliet tmur bil-għatx u r-rapporti ta’ korruzzjoni fil-flyovers tal-Marsa

Fil-parlament Beppe Fenech Adami tkellem dwar il-kamra tan-nar f’Birkirkara u semma’ l-inċident meta diversi persuni tilfu ħajjithom diversi persuni. Minn dakinhar bdiet saga għall-poplu ta’ Birkirkara li llum għadu bla kamra tan-nar. Hu appella biex il-gvern jieqaf jgħaddi biż-żmien li-dilettanti tan-nar ta’ Birkirkara u jsib soluzzjoni.

Hu qal li l-liġi tindirizza l-Protezzjoni Ċivili u l-Forza tal-Għajuna ta’ Salvataġġ u sostna li wasal iż-żmien li l-protezzjoni ċivili tkun taqa’ fid-definizzjoni ta’ korp dixxiplinat. Gvernijiet diversi għarfu l-importanza tal-protezzjoni ċivili għaliex dawn in-nies kuljhum ikunu involuti f’sitwazzjoni ta’ salvataġġ fil-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-każ tat-tifla ta’ erba’ snin li tħalliet bil-għatx meta kienet f’dgħajsa f’nofs baħar fiż-żona ta’ slavataġġ ta Malta. Hu qal li mhux jikkundanna lill-FAM li meta jingħataw l-ordni biex isalvaw il-ħajjiet jagħmlu dan b’dedikazzjoni u b’sogru.

Hu sellem lill-FAM li jgħaddu minn periklu kbar meta jmorru jsalvaw lin-nies fuq id-dgħajjes, Il-PN hu kontra t-traffikar irregolari tal-persuni u kontra l-ksur tal-liġi u kontra l-kriminali jorganizzaw dawn il-vjaġġi iżda Malta għandha l-obbligi internazzjonali tagħha.

Qed nikkritika b’mod qawwi u responsabbli d-deċiżjonijiet politiċi li jittieħdu meta jiġu biex jddċiedu dwar dgħajsa li tkun bl-ibħra li Malta hi responsabbli għalija, sostna Fenech Adami, li appella lill-Ministru tal-Intern biex jispjega dwar dan il-każ biex il-poplu jserraħ rasu li mhux kompliċi f’dak li seħħ f’din it-tifla. Fit-2 ta Settembru li għadda ħarġet sejħa għall-għajnuna d-dgħajsa kienet fl-SAR ta’ Malta u sejħet għall-għajnuna iżda għal erbat ijiem sħaħ ħadd ma wieġeb għas-sejħa tal-għajnuna li saret.

Hu apella lill-ministru biex jagħti d-dettalji bl-aktar mod preċiż u sostna li trid tintrefa’ r-responsabbiltà ta’ din id-deċiżjoni politika. Għal erbat ijiem sħan wara t-2 ta’ Settembru kien hemm dgħajsa li qed issejjaħ u tgħid li hemm tfal li qed imutu bil-għatx iżda kienet injorata bit-tama li d-dgħajsa titlaq ‘l hemm.

It-tarbija mietet bil-għatx; ħadd ma għandu jmut bil-għatx, sostna Beppe Fenech Adami, li appella biex il-pajjiż jassigura li jibgħat il-messaġġ li Malta hi favur l-ordni iżda li Malta għad għandha valuri li suppost jiddistingwu lill-poplu mill-estremisti fil-politika f’Malta u barra minn Malta. Qatt iżjed m’għandu jkun hemm sitwazzjoni fejn tifla ta’ erba’ snin titħalla tmut bil-għatx.

Beppe Fenech Adami tkellem ukoll dwar il-ħidma tal-pulizija fit-toroq Maltin u qal li wara xhur sħaħ bi problema ta’ sigurtà fil-pajjiż, ipprova ipprova jagħmel show biex jipprova jagħti l-impressjoni li qed jipprova jindirizza l-problema ta’ sigurtà.

Hu semma’ kif il-gvern żied il-popolazzjoni ta’ Malta b’100,000 f’disa’ snin, iżda lill-ftit immigranti li jaqbad ilibbishom l-istess bħall-priġunieri ta’ Guantanamo Bay u jiħdulhom ir-ritratti meta jitkeċċew minn Malta għaliex kienu f’Malta b’mod irregolari. Din kienet parti mill-populiżmu sfrenat li l-Ministru tal-Intern inħakem minnu. Il-gvern qabad biss 200 mill-100,000 barranin li daħħal il-gvern bl-aħħar snin.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern mhux juża l-istess riga fil-ġustizzja fosthom ma’ dawk li ħadu €2 miljuni fil-proġett tal-flyovers fil-Marsa. Hu appella lill-Ministru tal-Intern biex jgħad jekk sarux investigazzjoniiet dwar it-tixħim ta’ €2 miljuni fil-proġett ta’ €40 miljun fil-flyovers tal-Marsa.

Beppe Fenech Adami sostna li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu l-obbligu jgħid x’għamel dwar din l-istorja dwar il-korruzzjoni fil-flyover tal-Marsa. Hu appella biex il-gvern ikompli jsaħħaħ lill-korpi dixxiplinati tal-pajjiż.