Futbol Lokali

IL-KAŻ DEVIS MANGIA: Il-President tal-UEFA jgħid li hi kwistjoni serja, iżda “mhux se nikkummenta”

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin jemmen li l-UEFA m’għandiex terfa’ responsabbiltà quddiem l-akkużi li qed jaffaċja l-kowċ Taljan Devis Mangia.

Ceferin, skont li qed tirrapporta l-media Taljana, kien mistoqsi dwar Mangia fil-kungress tal-AIPS.

“Tkellimt mal-assoċjazzjoni Maltija u naf li qed jinvestigaw. Hija kwistjoni serja ħafna, u nippreferi ma nikkummentax qabel ikollna r-riżultati mill-inkjesta”, stqarr il-President tal-UEFA.

Dwar l-akkużi li saru mill-plejers Maltin, l-MFA irrappurtat l-allegazzjonijiet lill-Pulizija.