Lokali

“Il-kwalita’ tal-ħajja tal-familji sejra lura”

Il-Maltin wiegbu ghas-sejħa.

Wara l-ilwien bojod u ħomor tal-bandiera Maltija, familji, studenti, ħaddiema, pensjonanti; kollha miġbura flimkien fil-Protesta Nazzjonali li saret il-Ħadd kontra s-serqa tal-kwalita’ ta’ ħajjitna.

In-nies li tkellmu ma’ Net News semmew id-diversi problemi li hawn f’pajjiżna bħalissa u r-raġuni għaliex ħassew li kellhom jattendu għal din il-protesta.

Bosta kienu dawk illi kkummentaw fuq kif affetwathom l-għoli tal-ħajja, u qalu li jinsabu inkwetati bir-rata mgħaġġla ta’ kif qed jogħlew il-prezzijiet.

Oħrajn semmew il-bżonn li tittieħed azzjoni għaliex il-kwalita’ tal-ħajja ta’ diversi individwi sejra lura hekk kif il-Gvern ta’ Robert Abela qed jibqa’ għaddej romblu minn fuqhom.

Il-protesta tal-Ħadd kienet indirizzata mhux biss mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iżda wkoll numru ta’ kelliema oħrajn, li fissru kif il-pajjiż għandu bżonn soluzzjoni ċara għall-isfidi li għandna quddiemna.