Knisja Lokali

L-Arċisqof jappella biex il-ġustizzja ssir ma’ kulħadd… kemm mal-kbir kif ukoll maż-żgħir

Illum fetħet dik li hi maghrufa bhala s-Sena Forensi, ċelebrazzjoni li permezz tagħha jitfakkar dan il-jum importanti għax-xoghol tal-Qrati f’pajjiżna.

Fl-omelija tiegħu waqt quddiesa li saret fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, l-Arċisqof Charles Scicluna tkellem dwar l-importanza li l-ġustizzja ssir ma’ kulħadd – kemm mal-kbir kif ukoll maż-żgħir.

Monsinjur Scicluna qal ukoll li ma jistax ikun hemm liġi li tippromwovi l-ħajja u din l-istess liġi tintuza biex toqtol lil xi ħadd.

Huwa appella lill-membri tal-ġudikatura biex ikunu bħas-Samaritan it-Tajjeb, għaliex iċ-ċittadin għandu jħossu rispettat fid-dinjita tiegħu.

L-Arċisqof ma naqasx milli jagħmel referenza għad-dewmien li jeżisti fil-Qorti.

Preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni kien hemm il-President ta’ Malta George Vella, il-Kap tal-PN Bernard Grech, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rapprezentati Anglu Farrugia, il-Prim Imħallef, l-Avukat Ġenerali kif ukoll Membri tal-Ġudikatura.