Lokali

“L-istudenti għandhom isemmgħu leħinhom”

“L-istudenti qegħdin jintużaw biex l-iżviluppaturi jiġġustifikaw l-oxxenitajiet infrastrutturali tagħhom.”

Dan intqal mill-President tal-Kunsill Studenti Universitarji Alex Gaglione fid-diskors tagħha waqt iċ-ċerimonja li mmarkat il-bidu ta’ sena skolastika ġdida fl-Università ta’ Malta.

Alex Gaglione għamlet referenza għall-iżvilupp insostenibbli f’pajjiżna b’mod partikolari qrib l-Università stess.

Il-President tal-KSU saħqet li l-istudenti għandhom jipparteċipaw b’mod sħiħ sabiex tinqata’ l-mentalita li l-istudenti ma jimpurtahomx.

Intant, l-ITS kif ukoll l-MCAST kellhom iċ-ċerimonji tagħhom li nedew il-bidu tas-sena skolastika ġdida.

Waqt iċ-ċerimonja tal-ITS ġie mħabbar li sa 3 snin oħra se jkun hemm kampus ġdid fi Smart City bl-avvanz kollu meħtieġ sabiex l-istudent ikollu l-aqwa stħarriġ fis-setturi tal-ospitalita’ u t-turiżmu.

Waqt iċ-ċerimonja tal-MCAST, intqal li din is-sena kien hemmn żieda sostanzjali fl-applikazzjonijiet fejn din l-istituzzjoni qed isservi ta’ għajnuna sabiex l-istudenti jikbru u jimirħu u jġibu bidla fis-soċjeta’ ta’ pajjiżna.